IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JIPPARTEĊIPAW B’MOD ATTIV FI DJALOGU POLITIKU
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius pparteċipa fi djalogu politiku maż-żgħażagħ li kien organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid. Waqt l-interventi tiegħu, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar l-opportunitajiet li għandhom iż-żgħażagħ illum il-ġurnata għad-differenza tal-passat. Barra minn hekk wera s-sodisfazzjon li l-politiċi tallum fehmu l-importanza li jisimgħu l-leħen taż-żgħażagħ sabiex mhux biss jagħtuhom l-opportunità jieħdu iktar esperjenza billi jipparteċipaw b’mod attiv, imma għaliex iż-żgħażagħ jagħmlu proposti li huma validi.
Waqt id-djalogu, iż-żgħażagħ tkellmu dwar diversi temi fosthom l-involviment tal-mara fix-xena politika, il-perċezzjoni tal-politika mill-popolin, il-bżonn ta’ tagħlim dwar l-politika, id-dritt u d-dmir li għandhom iż-żgħażagħ sabiex jagħtu każ ta dak li qed jiġri madwarhom, il-Vot 16 u l-importanza li ż-żgħażagħ jipparteċipaw sabiex jagħtu s-sehem tagħhom f’deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-futur tagħhom stess.
Fost dawk preżenti kien hemm il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport u ż-Żgħażagħ David Agius, rappreżentanti tal-Kunsill Studenti MCAST u tal-għaqdiet Pulse u SDM. Din l-attività hija parti mill-Kampanja Spread (Out) Reach li waqtha ż-żgħażagħ jistgħu jgħidu dak li jaħsbu permezz tal-European Booth li qiegħed iżur postijiet frekwentati miż-żgħażagħ.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046