PROĠETT ĠDID FIX-XEWKIJA
Illum ġie approvat il-permess tal-MEPA sabiex jitwettaq proġett ġdid fix-Xewkija. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li dan il-proġett jinvolvi r-restawr ta’ bini eżisteni; bini li ser jintuża għal esebizzjonijiet. Ser jitwaqqa’ ħajt eżisteni biex hemm jinħoloq spażju miftuħ li jifforma pjazzetta. L-isqaq u t-triq tal-madwar ser jiġu pavimentati. Għal konvenjenza tal-pubbliku ser jinbnew faċilitajiet sanitarji. Ser ikun hemm lift biex b’hekk il-post ikun aċċessibbli għal kulħadd.
Dan il-proġett huwa parti mill-proġetti ta’ tisbiħ ta’ lokalitajiet madwar Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex huwa mpenjat bis-sħiħ li jwettaq.
Il-permess jista’ jiġi segwit fuq www.mepa.org.mt permezz tan-numru ta’ referenza 3076/14.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046