APPROVAT IL-PERMESS TAL-MEPA GĦALL-KĊINA ĠDIDA TA’ SAN VINĊENZ
pr150267
11/02/2015
Illum ġie approvat il-permess tal-MEPA sabiex titwaqqa’ u tinbena l-kċina l-ġdida tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-permess inħareġ biex titwaqqa’ u tinbena l-kċina mill-ġdid minn fuq s’isfel, u ġew imposti xi kundizzjonijiet biex jiġu preservati karatteristiċi li, skont il-MEPA, għandhom valur storiku li wkoll taw lok għal dewmien mhux ippjanat fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, f’Lulju li għadda kienet ħabbret li din il-kċina kellha bżonn titwaqqa’ u tinbena mill-ġdid wara li kienet tħalliet fi stat degredanti u kienet irċeviet ratings batuti f’rapporti diversi, saħansitra jitkellmu fuq decades of neglect. Is-Segretarju Parlamentari kienet qalet li din il-kċina kienet waħda mill-aktar problemi inkwetanti tar-Residenza minħabba l-fatt li ma toffrix livelli tajba ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol minħabba health hazards. Dawn il-problemi kienu ilhom jakkumulaw matul is-snin kif filfatt ikkonfermaw ir-rapporti tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fejn qed jgħid li din il-kċina hija ta’ Grad F u hemm Risk Factor ta’ 61.30%.
Dan il-proċess ġie deċiż wara diskussjonijiet mal-Unions konċernati kif ukoll mal-ħaddiema.
Il-permess jista’ jiġi segwit fuq www.mepa.org.mt permezz tan-numru ta’ referenza 03811/14.
Bħalissa qed jiġi proċessat ukoll it-tender relattiv mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046