Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS IŻUR DIVERSI KUMPANIJI TAL-AVJAZZJONI EWLENIN WAQT L-‘OPEN DAY’ ORGANIZZATA FL-OKKAŻJONI TAL-MITT SENA TA’ AVJAZZJONI F’MALTA

pr150263
Date Icon 10/02/2015

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis illum żar diversi kumpaniji tal-avjazzjoni li fetħu l-bibien tagħhom fl-okkażjoni tal-mitt sena anniversarju minn meta bdiet l-Avjazzjoni f’Malta.

Il-Ministru Zammit Lewis irringrazzja lid-diversi organizzazzjonijiet tal-Avjazzjoni, li flimkien organizzaw din l-‘Open Day’, sabiex familji Maltin u Għawdxin setgħu  jedukaw ruħhom u jaraw aktar mill-qrib ix-xogħol li wieħed ma jilmaħx meta jiġi biex isiefer bl-ajru.

Il-Ministru Zammit Lewis spjega kif wara qbil mal-uffiċċju tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (AvSec), sar ftehim ma’ kumpaniji fosthom l-Malta International Airport (MIA) li timmaniġġja l-ajruport, l-Air Malta, u ma’ kumpaniji varji li jinsabu fil-periferija tal-ajrudrom.  Ma’ dawn ingħaqdu wkoll kumpaniji tal-manutenzjoni tal-ajruplani li jinkludu ‘Lufthansa Technik’, ‘Medavia’ u  ‘SR Technics’. F’dan il-jum il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fetħu s-sezzjoni tal-‘Air Wing’, fejn wieħed seta' jara mill-qrib l-aħħar akkwisti tal-flotta tal-ajru Maltija, u li minn-naħa tal-Malta Air Traffic Services (MATS) organizzaw tours fit-torri tal-kontrollur. Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis semma wkoll kif għall-ewwel darba r-regolatur tal-Avjazzjoni Maltija (TM – CAD) qed jesebixxi f’din l-‘Open Day’ flimkien ma’ numru ta’ ajruplani ta’ skejjel u l-Avjazzjoni Ġenerali Maltija.

Il-ħsieb wara dan il-jum storiku kien mhux biss ħarġa għall-familji waqt festa pubblika, spjega il-Ministru Zammit Lewis, iżda sabiex il-Maltin ikunu kburin bis-settur tal-avjazzjoni u inkabbru l-għarfien fl-avjazzjoni, li fl-istess ħin inkattru l-edukazzjoni fis-settur. Hawnhekk il-Ministru Zammit Lewis elenka diversi kisbiet fosthom; meta nbena l-ewwel ajruport ċivili fl-1958, meta sseħibna fl-ICAO (International Civil Aviation Organisation) fl-1965, meta twaqqfet il-kumpanija tal-ajru nazzjonali Air Malta fl-1973 u meta saret l-estensjoni tar-‘Runway’ fl-1977 sabiex b’hekk setgħu jinżlu ajruplani ikbar u diversi għal-servizzi varji.

Il-Ministru ghat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis żied jgħid li dan il-Gvern identifika clusters fi ħdan l-industrija tal-avjazzjoni li minnhom Malta tista’ tgawdi vantaġġi kompetittivi u b'saħħithom,  fejn il-pajjiż jista’ jibbenefika kemm bħala dħul, kif ukoll f’termini ta’ ħolqien ta’ opportunitajiet ta' xogħol.

Zammit Lewis spjega li reċentement, Malta rratifikat il-Protokoll ta' Montreal li jfisser żvilupp importanti għall-qasam tal-avjazzjoni, għaliex għandu l-għan illi jindirizza dawk in-nuqqasijiet eżistenti fejn tidħol is-sigurtà tal-passiġġieri, kif ukoll għaddej proċess biex isiru tibdiliet fl-Aircraft Registration Act ħalli din il-ligi titjieb u bħala pajjiż noffru qafas aħjar biex  jiġi attirat aktar investiment f’dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow