FOND GĦALL-GĦAQDIET VOLONTARJI
Se jsiru żewġ laqgħat għall-għaqdiet volontarji li matulhom se jingħataw dettalji dwar l-applikazzjoni għall-Fond għall-Għaqdiet Volontarji. L-ewwel laqgħa se ssir is-Sibt, 28 ta’ Frar, fil-Palazz ta’ San Anton. Il-laqgħa, li se tinkludi konferenza tal-aħbarijiet mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, se tibda fid-9.30 ta’ filgħodu. It-Tnejn, 2 ta’ Marzu, se ssir laqgħa oħra għal min ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħa tas-Sibt. Il-laqgħa tat-2 ta’ Marzu se ssir fil-Palazz ta’ San Anton u tibda fil-5.00 ta’ filgħaxija.
Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu nota lis-Sinjura Marlene Borg (maria-carmela.b.borg@gov.mt) sa mhux aktar tard mit-Tlieta, 24 ta' Frar. Fin-nota għandhom jingħataw dawn id-dettalji: isem ta' min se jattendi (persuna waħda għal kull għaqda), isem tal-għaqda volontarja, u f'liema data l-għaqda tixtieq tattendi.
L-applikazzjonijiet se jiftħu fit-28 ta' Frar.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046