STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr150240
05/02/2015
Il-Gvern se jappella d-deċiżjoni li ngħatat illum mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) li biha l-Qorti ddeċidiet li żżid in-numru ta' membri tal-Parlament bi tnejn favur l-Oppożizzjoni.
Il-Gvern ifakkar li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kiseb 167,533 waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 132,426 fl-ewwel għadd. Dan matematikament isarraf b’mod ċar f’maġġoranza ta’ 9 siġġijiet skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan huwa prinċipju ewlieni tas-sistema elettorali ta’ Malta.
Huwa għalhekk li l-Gvern iħoss li din is-sentenza tneħħi l-proporzjonalità fl-ewwel għadd li r-riżultat elettorali tal-elezzjoni ġenerali tal-2013 rrifletta bejn iż-żewġ partiti.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046