Left arrow Go Back

GĦANDNA BŻONN INBIDDLU L-ISTIL TA’ ĦAJJA LI NGĦIXU U Ċ-ĊAVETTA TA’ KIF DAN IKUN POSSIBBLI HIJA L-EDUKAZZJONI – CHRIS FEARNE

pr150233
Date Icon 04/02/2015

Fid-diskors tiegħu waqt l-attività mtellgħa mill-Action for Breast Cancer Foundation, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne tkellem dwar il-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tal-kanċer, li hi bbażata fuq sitt punti prinċipali. L-ewwel punt fil-viżjoni tal-Gvern hija l-prevenzjoni. “L-għażliet li nagħmlu sfortunatament mhux dejjem ikunu tajbin. It-tipjip huwa wieħed mill-fatturi li jistgħu jwasslu għall-kanċer. L-istess l-alkoħol u n-nuqqas ta’ eżerċizzju,” qal Fearne.

Il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti iktar f’kampanji kontra t-tipjip, ix-xorb alkoħoliku u l-obeżità. “Għandna bżonn inbiddlu l-istil ta’ ħajja li ngħixu u ċ-ċavetta ta’ kif dan ikun possibbli hija l-edukazzjoni,” qal Fearne.

Fearne sostna li anke ċertu viruses jistgħu jwasslu għall-kanċer u li għalhekk il-bniet f’Malta bdew jingħataw it-tilqima kontra l-human papilloma virus li jista’ jwassal għall-kanċer tal-għonq tal-ultru. “89% ta’ dawk kollha eleġibbli għal din it-tilqima pparteċipaw fil-programm. Issa jmiss lill-bniet li twieldu fl-2002 biex jingħataw it-tilqima,” żied Fearne.

F’pajjiżna jsiru programmi ta’ screening għall-kanċer tas-sider u tal-kolon, programmi li għandhom rata għolja ta’ parteċipazzjoni. Fiż-żmien li ġej se jkun introdott ukoll programm ta’ screening għall-kanċer tal-għonq tal-ultru. Barra minn hekk it-trattament tal-kura tal-kanċer f’pajjiżna se jingħata spinta ’l quddiem permezz taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo li diġà qiegħed jilqa’ l-pazjenti tal-out patients u li fiż-żmien li ġej se tkun lesta l-migrazzjoni mill-Isptar Boffa għal dan iċ-ċentru biex il-pazjenti jingħataw l-aħjar trattament possibbli.

“Sfortunatament mhux kull min jimrad bil-kanċer ikollu storja ta’ suċċess u għalhekk il-kura paljattiva, hija importanti ħafna fil-viżjoni tagħna. F’dan il-qasam il-Gvern qiegħed jaħdem mill-qrib mal-NGO’s f’dan is-settur. Huwa ta’ inkoraġġiment li anke grazzi għall-programmi ta’ screening qiegħed ikollna aktar nies li jsalvaw minn din il-marda,” qal Fearne.

Wara s-seminar organizzat mill-Action for Breast Cancer, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne flimkien mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaru ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow