Left arrow Go Back

MAĦTUR ESPERT B’RABTA MAL-PROĠETT TA’ TISBIĦ QUDDIEM KASTILJA

pr150214
Date Icon 03/02/2015

Wara konsultazzjoni mal-għaqda ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ħatret lill-espert Ian Lansley, biex jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bħala parti mill-proġett ta’ tisbiħ li se jsir quddiem il-bini ta’ Kastilja, il-Belt Valletta.

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett, kif imħabbar fil-Baġit għal din is-sena, se jibdew matul il-ġimgħat li ġejjin.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-GHRC kellha għadd ta’ diskussjonijiet mal-għaqda ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ biex ikun deċiż xi tkun l-aħjar deċiżjoni li għandha tittieħed rigward erba’ siġar taż-żnuber li hemm fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja.

Is-Sur Ian Lansley, li bħalissa jinsab hawn Malta, se jkun qed jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif dawn is-siġar, għandhom jiġu rilokati x’imkien ieħor mingħajr ma ssirilhom ebda ħsara. Bħalissa qed jitħejja method statement dwar kif għandha ssir ir-rilokazzjoni.

Matul dawn il-jiem, il-GHRC kellha wkoll għadd ta’ laqgħat ma’ stakeholders differenti, dwar il-proġett ippjanat għal quddiem Kastilja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow