AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr150201mt
02/02/2015
Referendum Nazzjonali u elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – 11 ta’ April, 2015 - Dokument tal-Vot
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Għawdex u jixtiequ li d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom jinġabar/jinġabru personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Malta, u l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Malta u jixtiequ li d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom jinġabar/jinġabru personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Għawdex, jistgħu, sas-2.00 p.m. tal-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, jinfurmaw b’dan personalment bil-miktub lill-Kummissjoni Elettorali.
Din it-talba għandha ssir personalment bil-miktub lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, VLT 2000, jew 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, f’Għawdex, jew permezz ta’ email personali fuq electoral.office@gov.mt.
Dawn id-dokumenti għall-votazzjoni jinġabru bejn it-Tnejn, 6 ta’ April, u nofsillejl tal-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, f’Malta jew f’Għawdex, kif mitlub rispettivament. Id-dokument/i għall-votazzjoni jingħata/w biss personalment lill-votant innifsu, li għandu bżonn jippreżenta il-karta tal-identità tiegħu.
Il-formula relatata għat-talba tista’ titniżżel ukoll mill-website tal-Kummissjoni Elettoraliwww.electoral.gov.mt
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046