SERVIZZ EQREB TIEGĦEK
Matul il-gurnata tal-Ġimgħa filgħodu numru ta’ anzjani żaru l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u raw il-proċess kollu ta’ kif isir l-ipprintjar taċ-ċekkijiet tal-pensjoni u benefiċċji soċjali.
Din l-attività saret bħala parti mill-Ġimgħa ddedikata lis-Servizz Pubbliku.
L-Open Day kienet miftuħa għall-pensjonanti biex jaraw il-process ta’ kif jinħadmu l-benefiċċji soċjali biex finalment jinħarġu l-pagamenti kemm f’ċekkijiet u kemm f’direct credit bil-banek.
Waqt din l-attività l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia segwa kif isir dan il-proċess filwaqt li ltaqa’ mal-ħaddiema u anki ma’ diversi anzjani li kienu qegħdin isegwu l-proċess.
Il-Ministru Farrugia qal illi hemm bżonn li l-pubbliku jkun imħeġġeġ aktar biex juża l-faċilità ta’ direct debit mal-bank ħalli jkunu evitati problemi bħal queues fil-banek jew ċekkijiet mitlufa jew li jaslu tard.
Fil-fatt matul il-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinħareġ ittra lill-benefiċjarji kollha sabiex jitħajru jużaw is-sistema tad-direct credit.
Dan il-proċess isir mill-ħaddiema tad-Data Audit Management and Processing fi ħdan il-Ministeru għall-Familja.
Waqt l-Open Day sar l-istampar taċ-ċekkijiet tas-Senior Citizen Grant li se jintbagħtu bil-posta nhar it-Tnejn 2 ta’ Frar, filwaqt li jissarfu s-Sibt 7 ta’ Frar. Dawk li jirċievu l-benefiċċju bid-direct debit se jircevuh il-bank bejn il-5 u s-6 ta’ Frar.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046