Left arrow Go Back

DETERMINATI NKOMPLU NSAĦĦU L-INIZJATTIVI LI JATTIRAW LIN-NISA FID-DINJA TAL-IMPRENDITORIJA – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA

pr150183
Date Icon 30/01/2015

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, illum attenda t-tnedija tal-proġett Only made in Malta li huwa t-tieni fazi ta’ din l-inizjattiva li kienet bdiet bit-tnedija tal-Only made in Gozo s-sena l-oħra.

Il-kunċett Only Made in Malta u Only Made in Gozo huwa wieħed innovattiv, iħares l-ambjent, kif ukoll jissalvagwardja l-patrimonju u l-karatteristiċi tal-lokalitajiet ta’ Malta. L-effett ekonomiku tiegħu huwa wiesa’ għaliex jolqot diversi setturi fosthom dak tal-proprjetà, tat-turizmu u numru ta’ servizzi oħra anċillari.

Il-Ministru Cardona qal li s-settur tar-real estate u tal-kostruzzjoni mill-ewwel ingħata l-prijorità mistħoqqa minn dan il-Gvern, fejn fost l-oħrajn traħħsu t-tariffi tal-MEPA u ġiet introdotta u kkonfermata l-iskema tal-first time buyers. Inizjattivi oħra ta’ dan il-Gvern ukoll ikkontribwixxew biex dan is-settur jerġa’ jingħata spinta, bħall-IIP: Individual Investor Programme, qal Dr.Cardona.

Il-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar in-nisa u l-imprenditorija u qal li huwa ta’ pjaċir li wieħed jara imprendituri jiksbu suċċess bl-inizjattivi tagħhom, b’mod speċjali meta l-moħħ wara l-inizjattiva tkun mara.

Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern huwa konxju ta’ kemm għad hemm nisa b’potenzjal li għadhom isibu ostakoli biex jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew fid-dinja tan-negozju u faħħar lil Jane Chircop, il-fundatriċi u d-Direttur Maniġerjali ta’ Sapphire Real Estate, talli kienet waħda min dawk li rnexxielhom jaqbżu dawn l-ostakoli.

Il-Ministru Cardona sostna illi l-Gvern determinat ikompli jneħħi kull ostakolu li qed ixekkel milli aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u tal-imprenditorija. Il-Ministru semma numru ta’ mizuri bħal childcare centres bla ħlas li komplew jiġu msaħħa wara l-aħħar budget, iż-żieda ta’ aktar minn minn 6 ewro fil-ġimgħa f’benefiċċju tal-leave tal-maternità għal 4 ġimgħat u ż-żieda ta’ aktar minn 73 ewro fil-ġimgħa f’benefiċċju tal-maternità għal 14-il ġimgħa għan-nisa self-employed.

“Determinati nkomplu nsaħħu l-inizjattivi li jattiraw lin-nisa però determinati wkoll ngħinu lil dawk kollha li jridu jidħlu fid-dinja tal-imprenditorija,” kompla l-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona għalaq billi ħeġġeġ lil dawk kollha li jridu jibdew jew li għandhom negozju u jridu jinvestu, biex iffittxu s-servizzi u l-iskemi offruti mill-Gvern, anke bl-għajnuna tal-Business First fil-Malta Enterprise li qiegħed hemm proprju biex jgħin u jiffaċilita dan kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow