Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr150175
Date Icon 29/01/2015

Malta tibqa’ ttenni mal-Kummissjoni Ewropea li l-ambjent għandu jkun prijorità - Il-Ministru Leo Brincat

F’laqgħa formali mal-Kummissarju Ewropew tal-Ambjent, Affarijiet Marittimi u s-Sajd Karmenu Vella, li nżammet fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, il-Ministru Leo Brincat saħaq li Malta tibqa’ ttenni mal-Kummissjoni Ewropea li l-ambjent għandu jkun prijorità fil-ħidma tal-istess Kummissjoni.

Dan b’konformità mal-pożizzjoni uffiċjali li ttieħdet minn pajjiżna fil-laqgħat ministerjali tal-Ambjent li nżammu kemm taħt il-presidenza preċedenti kif ukoll fl-ewwel laqgħa formali li nżammet f’Diċembru taħt il-presidenza l-ġdida.

Il-Ministru Brincat għarraf lill-Kummissarju Ewropew kif fil-qasma tal-MEPA sejra titwaqqaf Awtorità Maltija tal-Ambjent u r-Riżorsi li ser tibda tassumi responsabbiltà għad-dossier tat-tibdil tal-klima li sal-lum għadu taħt ir-remit tal-Climate Change Unit fi ħdan l-Awtorità Maltija tar-Riżorsi.

Il-Ministru aġġorna lill-Kummissarju dwar l-isforzi ta’ capacity building li jinsabu għaddejjin kemm fi ħdan il-Ministeru, kif ukoll bħala parti mit-twaqqif tal-ERA bil-għan li pajjiżna jkun attrezzat kif xieraq ħalli jilqa’ l-miri u l-obbligi ambjentali u tal-klima tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-isfidi li ser iġġib magħha l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea anqas minn sentejn oħra.

Filwaqt li aġġorna lill-Kummissarju Ewropew dwar ir-rwol kruċjali li l-Gvern Malti jara għall- policies u proġetti ambjentali u ta’ arja nadifa sabiex jitkabbru l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku nnifsu u l-impjiegi f’pajjiżna huwa fissirlu l-isforzi tal-Gvern biex din is-sena jlesti l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni dwar il-Green Jobs bħala parti mill-pjani maħsuba biex isaħħu l-iżvilupp sostenibbli f’pajjiżna.

Il-Ministru talab kjarifiċi ċari dwar il-linja li l-Kummissjoni Ewropea sejra tkun qed tieħu fil-ġejjieni qrib dwar issues bħall-kwalità tal-arja, l-immaniġġjar tal-iskart kif ukoll il-proposta għall-Circular Economy li Malta appoġġjat fil-prinċipju sa mill-bidu nett.

Huma tkellmu wkoll dwar il-programm ta’ ħidma  tal-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma ambjentali, tal-iżvilupp sostenibbli u tat-tibdil tal-klima għal din is-sena kif ukoll dwar il-miżuri prattiċi fuq livell lokali u Ewropew dwar it-tħaddir tal-hekk imsejjaħ European Semester.

Il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella mistenni jiftaħ l-ICCAT 2015 – Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes

F’laqgħa separata, s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes illum iltaqa’ l-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella, li hu l-kummissarju responsabbli għall-Ambjent, Sajd u l-Affarijiet Marittimi.

F’din l-ewwel laqgħa formali ġew diskussi diversi temi relatati mas-settur tas-sajd u l-implimentazzjoni tad-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Hekk kif aktar tard din is-sena Malta se tkun qed tospita l-laqgħa annwali tal-ICCAT, ġie deċiż li jkun il-Kummissarju Karmenu Vella li jiftaħ din il-konferenza. L-ICCAT hija meqjusa bħala entità fost l-aktar influwenti fil-qasam tas-sajd, b’mod partikolari fir-riċerka u l-immaniġġjar tat-tonn u ħut ieħor simili.

Fil-laqgħa ġiet diskussa wkoll l-applikazzjoni tad-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa kif stipulata minn artiklu 9. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes semma kif dan il-Gvern hu kommess li d-deroga tiġi applikata b’mod trasparenti, sostnuta bir-riċerka u studji xjentifiċi kollha, bl-għan li d-direttiva tal-għasafar tkun imħarsa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow