Left arrow Go Back

​IL-PRIM MINISTRU JILTAQA' MAL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW

PR150150
Date Icon 27/01/2015

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu ltaqa' mal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk fejn ġew diskussi temi ta' interess bejn Malta u l-Unjoni Ewropea bħas-sitwazzjoni fil-Libja u l-Ukrajna, tassazzjoni u l-futur tal-Ewro kif ukoll l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Il-Prim Ministru qal li s-sitwazzjoni fil-Libja qed issir iktar u iktar serja u għandha tingħata attenzjoni ħafna ikbar fl-Unjoni Ewropea. Qal li l-Ewropa għandha tieħu rwol fil-mod ta’ kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni fil-Libja u dwar dan jeżisti qbil fost pajjiżi oħra Ewropej inkluż l-Italja u Franza.

Ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa fl-Ukrajna u dwar passi ulterjuri li tista' tieħu l-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-bżonn li kwistjonijiet ta' tassazzjoni jibqgħu kompetenza ta' membri stati bħala prinċipju sagrosant kif speċifikat fit-trattati tal-Unjoni Ewropea.

Dwar l-aħħar żviluppi bl-elezzjoni tal-Partit tax-Xellug Syriza fil-Greċja, il-Prim Ministru qal li jemmen li għandu jkun hemm xi forma ta' flessibiltà iżda f'qafas fejn ma jintmissx it-taxpayer.

Irreferi għal dan il-link: https://www.wetransfer.com/downloads/a72182730a0c5db90e20c6bfed6d30b920150127095623/3e05be4f8be30ec05b7d4c1a0ce6cdb420150127095623/156126

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow