Left arrow Go Back

IMPENN BIEX JISSAĦĦAH IS-SERVIZZ EDUKATTIV FIL-FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN

pr150145
Date Icon 26/01/2015

"Il-Gvern jemmen li l-iskop aħħari tal-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin m'għandux ikun il-kastig, imma l-progress fl-imġieba u l-ħiliet personali tar-residenti biex ikollhom ċans ikbar li jirnexxu fis-soċjeta ġaladarba jirritornaw fiha." Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela waqt il-preżentazzjoni ta' ċertifikati li ngħataw lit-13-il priġunier li temmew b'suċċess kors fuq l-immaniġjar tal-abilitajiet u l-attitudni organizzat mill-NGO mid-Dlam għad-Dawl u l-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin.

Il-Ministru Abela tkellem fuq il-ħidma tal-Gvern biex is-servizz edukattiv fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin ikompli jissaħħah fuq tliet pilastri ewlenin; l-edukazzjoni, l-isport u l-industrija.  Filfatt, bħalissa madwar 125 resident qed jattendu diversi korsijiet in-house li jwasslu anke sa O-levels fosthom fil-lingwi, fl-istorja u fil-kompjuter.  Disa’ residenti qegħdin jattendu korsijiet provduti minn istituzzjonijiet t'edukazzjoni post-sekondarja fosthom fit-turiżmu ġewwa l-ITS u korsijiet fl-inġinerija, fl-elettronika, fin-negozju u fil-qasam marittimu fl-MCAST.

Il-Ministru Abela elenka l-ħidma li qed issir permezz ta' diversi workshops f'oqsma bħal ħjata purtieri u souvenirs, fejn ir-residenti jiġu kkumpensati b'rati kummerċjali għax-xogħol tagħhom, bl-għan li jiżdied l-interess tagħhom bħala persuni attivi fid-dinja tax-xogħol. Parti mill-paga li jirievu mill-ħjata ta’ purtieri jmur f’fond li jibbenifikaw minnu vittmi ta’ reati.

Preżentament , 32 residenti qegħdin jagħmlu xogħol fil-komunita fosthom ma’ diversi kunsilli lokali u istituzzjonijiet reliġjużi.

"Permezz ta' aktar taħriġ b'mod ħolistiku fl-abilitajiet tar-residenti, inkluż fl-attivita fiżika u fl-aspett psikoloġiku, irridu nsaħħu l-motivazzjoni tagħhom u ngħinuhom jirrealizzaw li huma wkoll għandhom x'joffru lis-soċjeta'," qal il-Ministru Abela filwaqt li semma kif bħalissa qegħdin jiġu diskussi diversi possibilitajiet għal titjieb u diversifikazzjoni tal-faċilitajiet sportivi eżistenti fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow