STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Mr Chris Fearne ltaqa’ mal-qraba tal-anzjana ta’ 83 sena li mietet fl-20 ta’ Jannar fl-Isptar Mater Dei. Dwar din il-mewt, saret konferenza tal-aħbarijiet mix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, Claudette Buttigieg.
Din il-laqgħa saret wara li l-qraba tal-anzjani kienu inkwetati ferm dwar kif kienet qed tiġi rrappurtata l-mewt tal-anzjana mingħajr il-kunsens tagħhom. Fil-laqgħa ma’ Chris Fearne, il-qraba tal-anzjani wrew ir-ringrazzjament u l-apprezzament tagħhom lejn l-istaff ta’ Mater Dei li għamlu dak kollu possibbli mal-anzjana. Il-qraba tal-anzjana esprimew ukoll ix-xewqa li jserrħu moħħ in-nies li fl-Isptar Mater Dei hemm l-apparat kollu meħtieġ biex isalva l-ħajjiet tan-nies. Fil-mument meta l-anzjana kienet qed titlef ħajjitha, kien hemm qariba tagħha magħha li setgħet tixhed l-isforz immens li sar mill-istaff bl-apparat kollu neċessarju sabiex tiġi salvata ħajjitha.
Il-qraba tal-anzjana, fl-aħħarnett mas-Segretarju Parlamentari, qalu li jiddispjaċihom li l-mewt ta’ ommhom ġiet irrappurtata b’mod skorrett mingħajr il-kunsens tagħhom u ntuzat bħala ballun politiku.
Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, lilhinn minn kull kontroversja politika, jenfasizza li l-Gvern dejjem irid itejjeb is-servizz tas-saħħa sabiex ikun wieħed denju għall-poplu Malti u Għawdxi
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046