Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI IAN BORG JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW HENRI MALOSSE

pr150112
Date Icon 22/01/2015

F’laqgħa li nżammet flimkien mal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) Henri Malosse, Ian Borg is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza 2017 u għall-Fondi Ewropej iddiskuta fit-tul il-preparamenti għall-Presidenza Maltija fl-2017, kif ukoll l-interessi ekonomiċi, soċjali u kulturali li jolqtu lil pajjiżna.

Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm il-membri Maltin fi ħdan il-KESE li flimkien ma’ Dr Borg iddiskutew ukoll il-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni Ewropea.  Dr Borg esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu lejn l-aħħar figuri ta’ statistika li juru li pajjiżna qed igawdi mill-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja u awgura li din tibqa’ tiġi riflessa fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin.

Dr Borg faħħar ix-xogħol tal-membri Maltin u saħaq li għaż-żmien li ġej, waqt li l-isfidi ser ikunu dejjem ikbar, hemm bżonn li pajjiżna jkollu rappreżentanza sinifikattiva u rappreżentattiva. Din ser tkun kruċjali wkoll sabiex iċ-ċittadini Maltin u s-Soċjeta` Ċivili f'Malta jħossu u jgħixu l-proċess Ewropew waqt li Malta tippressjedi fuq il-Kunsill tal-Ministri fl-2017.

Il-President Malosse spjega l-irwol tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, li permezz tat-tliet gruppi ta’ membri fi ħdanu – ‘Min Iħaddem’, ‘Impjegati’ u ‘Interessi Varji’ - iservi bħala mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri.  Huwa fisser ir-relazzjoni tiegħu mal-membri Maltin bħala waħda eċċellenti u saħaq fuq l-importanza li l-Istati Membri żgħar bħal Malta jkomplu jisħqu fuq in-neċessitajiet partikolari tagħhom, kif ukoll li dan ikun apprezzat mill-kumplament tal-Unjoni.

Aktar kmieni, Dr Borg iltaqa' wkoll mat-tliet Presidenti rispettivi tal-gruppi fi ħdan il-Kumitat waqt li f’Dar Malta huwa ltaqa’ wkoll mal-membri Maltin li jpoġġu f’kull kumitat li magħhom kompla jiddiskuti l-importanza li pajjiżna jkompli jkun parteċipi fi ħdan il-KESE.

Il-laqgħat fi Brussell ikomplu matul il-kumplament tal-ġimgha f'istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow