Left arrow Go Back

​SEHEM IS-SETTUR PRIVAT FIT-TĦAWWIL TAS-SIĠAR: XHIEDA ĦAJJA TAL-IMPENN FAVUR L-AMBJENT – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

PR150107
Date Icon 21/01/2015

“Meta s-settur privat jgħin permezz ta’ sehem dirett fit-tħawwil tas-siġar, mhux biss ikun qed jagħti xhieda tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tiegħu, iżda wkoll tal-impenn tiegħu favur l-ambjent.” Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta fuq stedina tagħhom stess, żar l-uffiċini ewlenin ta’ TIPICO Co. Ltd, kumpanija ewlenija fil-qasam tal-iGaming li fil-jiem li għaddew intrabtet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin toffri b’kollox madwar 1650 siġra li ser ikomplu  jiġu mħawwla kemm fis-sit tal-Iscouts f'Għajn Tuffieħa kif ukoll ġewwa l-Miżieb.

Il-Ministru Brincat qal li filwaqt li l-afforestazzjoni tibqa prijorità u responsabbiltà ewlenija tal-Gvern innifsu, inizjattivi bħal dawn jagħtu xhieda tal-valuri ta’ min ikun qed imexxi u jaħdem ġewwa dawn l-azjendi li tant qegħdin jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ġid ekonomiku tal-pajjiż.

Huwa ħabbar li kien ta’ pjaċir għalih bħala Ministru responsabbli li jinnota li fil-ġimgħat li ġejjin sejjer ikun hemm mill-anqas żewġ kumpaniji oħrajn mis-settur privat li ser ikunu qed jimbarkaw fuq inizjattivi simili, jew direttament mad-Direttorat tal-Parks jew inkella flimkien ma’ eNGOs f’siti immaniġġjati minnhom bi sħab mal-Gvern innifsu.

Il-Ministru Brincat ħeġġeġ lill-kumpaniji u entitajiet oħrajn mis-settur privat biex ikomplu jagħtu xhieda tal-ġenerożità tagħhom li minnha tgawdi s-soċjetà Maltija u Għawdxija kollha kemm hi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow