Left arrow Go Back

​L-INDUSTRIJA TAL-GAMING F’MALTA TIBQA’ B’SAĦĦITHA

PR150104
Date Icon 21/01/2015

Il-Ministru Chris Cardona jżur l-uffiċċji ta’ Betclic Everest Group

Il-Ministru tal-Ekonomija, l-Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona u ċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal-Logħob, Joseph Cuschieri żaru l-uffiċċji tal-operatur tal-logħob online Betclic Everest Group f’Tas-Sliema. Isabelle Andrès, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp laqgħet id-delegazzjoni.

Waqt li indirizzat lil dawk preżenti waqt iż-żjara, Isabelle Andrès laqgħat u rringrazzjat lill-Gvern Malti u l-Awtorità Maltija tal-Logħob taż-żjara u tal-appoġġ li taw lill-Grupp. Il-Grupp dan l-aħħar mexxa l-attivitajiet kummerċjali u finanzjarji minn Ġibiltà lejn Malta wara perjodu intensiv ta’ konsultazzjoni. Din id-deċiżjoni wasslet ukoll għal żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol f'Malta, fejn il-Grupp għandu l-akbar uffiċċji ta’ operat. Andrès qalet, “Betclic Everest Group huma kuntenti li għandhom liċenzja Maltija u mpenjati li jkomplu jtejbu r-relazzjoni tajba tagħhom mal-Awtorità Maltija tal-Logħob.”

“Dawn l-impjiegi jirriflettu l-istrateġija proattiva tal-Gvern sabiex joħloq impjiegi ġodda,” qal il-Ministru Cardona. “Huwa dejjem inkoraġġanti li tara investiment kontinwu minn kumpaniji internazzjonali ta’ reputazzjoni bħal Betclic Everest Group f’Malta. Il-Gvern hu mpenjat li jappoġġja l-industrija tal-logħob sabiex jinżamm ir-ritmu tal-kompetizzjoni u biex ikompli jattira investiment barrani lejn Malta.”

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal-Logħob, Joseph Cuschieri tenna li wara li Malta stabbiliet ruħha bħala ġuriżdizzjoni ewlenija fil-qasam tal-iGaming, pajjiżna issa se jkompli joffri soluzzjonijiet innovattivi kemm fil-preżent u kif ukoll fil-ġejjieni biex jindirizza l-isfidi fl-industrija. “Is-settur tal-iGaming wera li hu ta’ benefiċċju għal Malta billi jipprovdi aktar valur, kwalità ta’ xogħol aħjar u servizzi addizzjonali għan-negozji,” żied jgħid.

Betclic Everest Grupp hu sit tal-logħob online fl-Ewropa li jopera f’firxa wiesa' ta’ logħob online f’aktar minn 20 pajjiż. Il-kumpanija għandha portafoll uniku li jinkludi ħames ditti internazzjonali diversi u komplimentari, Betclic, bet-at-home.com, Everest, Expekt u Monte Carlo Casino. Betclic Everest Group hi kumpanija proprjetà ta’ żewġ entitajiet Ewropej ta’ divertiment: Lov Group u La Société des Bains de Mer.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow