Left arrow Go Back

RISPONS B’SAĦĦTU JINDIKA LI L-EWWEL FAŻI TAL-PROĠETT EBIZ KIENET WAĦDA TA’ SUĊĊESS” – IL-MINISTRU CARDONA

pr150097
Date Icon 20/01/2015

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ltaqa’ mal-parteċipanti tal-korsijiet EBIZ waqt workshops organizzati fi Smart City bħala parti mill-programm ta’ dan il-proġett.

Il-Ministru Cardona semma kif il-mira prinċipali ta’ dan il-proġett kienet li tingħadda l-għodda neċessarja lis-sidien tal-ħwienet, ta’ intrapriżi żgħar u medji kif ukoll lis-self employed biex, fi żminijiet li qegħdin jinbidlu, f’suq li d-domanda tiegħu dejjem tvarja u l-aspettativi dejjem jogħlew, in-negozji jkunu kapaċi jaddattaw ruħhom għal isfidi li jkollhom quddiemhom.

“Minn dak li qed nara u mill-informazzjoni li għandi, jidher li din l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett kienet waħda ta’ suċċess u ċert li dan mhux se jkun l-aħħar proġett ta’ dan it-tip” qal il-Ministru Cardona.

Il-workshops li huma parti essenzjali minn dan il-kors, ġew imħejjija b’koperazzjoni ma’ diversi kumpaniji, entitajiet u dipartimenti tal-Gvern bil-għan li tiġi disseminata informazzjoni dwar servizzi elettroniċi tal-Gvern kif ukoll prodotti u servizzi mogħtija mis-settur privat. Waqt dawn il-workshops, Joseph Buhagiar, uffiċjal mill-Business First fi ħdan il-Malta Enterprise, tkellem dwar id-diversi skemi ta’ assistenza offruti lill-intraprizi żgħar u medji, fosthom il-Micro Invest u il-Get Qualified.

Dr. Cardona tkellem fuq l-importanza tal-SMEs għall-ekonomija ta’ pajjiżna u qal li l-Gvern qed jaħdem fuq inizjattivi diversi biex jaċċerta li l-intrapriżi żgħar u medji jkunu kapaċi jaffaċċjaw l-isfidi ta’ llum, fosthom l-e-Commerce, u jkollhom il-kundizzjonijiet neċessarji biex ikomplu jikbru u jissaħħu.

“Il-Business First qegħda hemm biex tgħinkom ittejbu l-potenzjal għas-suċċess tagħkom. Din it-taqsima fil-Malta Enterprise qed tkompli żżid is-servizzi li toffri u l-faċilità ta’ one-stop-shop qed tkompli tiġi msaħħa, issa wkoll bil-preżenza ta’ uffiċjali mill-VAT Department fil-Business First”, qal il-Ministru Cardona.

Huwa spjega li, bħala parti mill-eżerċizzju ta’ revalwazjoni tas-servizzi mogħtija mill-Business First, se jitwettaq outreach programme magħmul minn numru ta’ inizjattivi, fosthom sezzjonijiet ta’ informazzjoni għall-intrapriżi u żjarat fil-kumpaniji biex jitwasslu sal-bieb tagħhom is-servizzi li toffri l-Business First u l-Malta Enterprise.

Il-Ministru Cardona rringrazzja lil diversi sponsors mis-settur pubbliku u dak privat fosthom lis-sur Ray Abela tat-TCTC, il-mentor tal-programm Ebiz, biex il-proġett sar realtà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow