Left arrow Go Back

ELEZZJONIJIET KUNSILLI SKOLASTIĊI - 363 ĠENITUR JITFGĦU N-NOMINA

PR150096
Date Icon 20/01/2015

Fit-23 ta’ Jannar 2015 ser isiru elezzjonijiet biex jinħatru t-tliet rappreżentanti tal-ġenituri fil-Kunsilli Skolastiċi f’45 skola Primarja u Sekondarja tal-Istat. Din hija żieda ta’ 150% fuq in-numru ta’ elezzjonijiet li saru fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi fl-2013 meta kienu saru elezzjonijiet fi 18-il skola biss.  363  ġenitur  tefgħu n-nominazzjoni tagħhom biex ikunu membri tal-Kunsilli Skolastiċi. Dan in-numru jinkludi n-nominazzjonijiet f’dawk l-iskejjel fejn mhux ser issir elezzjoni minħabba li ma ntefgħux aktar minn 3 nominazzjonijiet.

Ta’ min jgħid li l-iskejjel kollha tal-Kulleġġ ta’ Għawdex – 11-il skola primarja u 2 sekondarji ser ikollhom elezzjoni.

L-iskejjel li fihom ser isiru l-elezzjoni huma: 

1.         L-iskejjel kollha  primarji u Sekondarji f’Għawdex

2.         L-Iskejjel Primarji tal-Mellieħa; Mosta A; Naxxar (Kulleġġ Maria Reġina);  Għaxaq; Safi; Żurrieq, (Kulleġġ  San Benedittu); Gżira, Pembroke; San Ġwann A; San Ġwann B;  San Ġiljan (Kulleġġ Santa Klara);  Ħamrun GP; Valletta, (S. Ġorġ Preca); Kalkara; Senglea; Xgħajra; Żabbar A  (Kulleġġ Santa Margerita); Mġarr; Mtarfa; Rabat (Kulleġġ San Nikola); Lija/Balzan/Iklin; Msida; St Venera (Kulleġġ Santa Tereża); Fgura A; Fgura B; Marsaskala; Tarxien; Żejtun A (Kulleġġ San Thomas More); Siġġiewi; Żebbuġ (Kulleġġ San Injazju)

3.         Skejjel Sekondarji: Skola Nazzjonali Sport (Kulleġġ Santa Klara); Kirkop (Kulleġġ San Benedittu)

Il-ġenituri tat-tfal li jattendu f’dawn l-iskejjel issa jirċievu l-vot d-dar. Ta’ min jgħid li l-ġenituri jistgħu jivvutaw l-iskola fejn jattendu wliedhom fit-23 ta’ Jannar 2015. F’dan il-każ dawn iridu jieħdu magħhom il-vot li ntbagħtilhom id-dar. Jistgħu jivvutaw wkoll billi jimlew il-vot u jibagħtuh l-iskola ma’ wliedhom, basta dan jasal l-iskola sat-23 ta’ Jannar.

Fl-istess jum isiru wkoll l-elezzjonijiet ukoll biex jinħatru r-rappreżentanti tal-istaff fuq il-Kunsilli Skolastiċi.

B’kollox hemm 318-il membru tal-istaff li tefgħu n-nominazzjonijiet tagħhom biex jirrappreżentaw lil sħabhom fuq dawn il-Kunsilli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow