Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

PR150091
Date Icon 19/01/2015

L-ebda negattività mill-Oppożizzjoni m’hija se tmeri l-fatt li l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta waqgħu b’mod konsistenti mindu daħal fit-tmexxija Gvern li jemmen fl-importanza tar-roħs u l-istabilità fil-qasam tal-enerġija.

Sal-aħħar leġislatura, il-familji u n-negozji kienu jesperjenzaw ċaqlieq regolari fil-prezz tal-fuel fl-aħħar ta’ kull xahar. Fil-fatt, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, il-prezz tal-petrol żdied b’39ċ kull litru filwaqt li l-prezz tad-diesel żdied b’36ċ kull litru. Dawn iż-żidiet kienu 9 darbiet aktar miż-żidiet fil-prezz internazzjonali taż-żejt.

L-istess bil-kontijiet tad-dawl fejn, qabel l-2013, il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin iffaċċjaw żieda li kienet 17-il darba aktar miż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt.

B’kuntrast, dan il-Gvern raħħas b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel u ħallihom stabbli għal diversi xhur biex il-familji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul. Din l-amministrazzjoni raħħset ukoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ 25% u din il-politika ta’ roħs u stabilità fissret rata ta’ inflazzjoni li f’din il-leġislatura kienet fl-iktar livelli baxxi fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna. Iktar flus fil-but ġie rifless fi tkabbir ekonomiku li qed jiżboq b’mod kontinwu l-medja Ewropea.

Huwa ironiku li l-Oppożizzjoni tipprova tagħti lezzjonijiet dwar il-fuel propju fi żmien meta l-poplu qed ikompli jara kif l-amministrazzjoni preċedenti kienet taġixxi fix-xiri taż-żejt. Dan l-akbar skandlu politiku jneħħi kull kredibilità tal-Oppożizzjoni f’dan il-qasam. Kien biss fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li kien hemm interessi qawwija biex pajjiżna jibqa’ dipendenti fuq iż-żejt waqt li l-familji u n-negozji jħallsu l-għola kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-għola prezzijiet tal-fuel.

Il-bidla pożittiva fil-qasam tal-enerġija bdiet tinħass f’din il-leġislatura. Minn kontijiet għolja, Enemalta falluta u dipendenza fuq iż-żejt, illum pajjiżna qed jibbenefika minn kontijiet irħas, investiment barrani ta’ €320 miljun fl-Enemalta u qalba għall-gass li jfissru kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow