Left arrow Go Back

​STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

PR150089
Date Icon 19/01/2015

Il-konsum privat jibqa’ b’saħħtu

Fl-aħħar kwart tal-2014 inħarġu 4,782 liċenzja ġdida għall-vetturi f’pajjiżna. Dan ifisser li s-sena li għaddiet inbiegħu 19,212 vettura, li minnhom 8,191 kienu ġodda. B’hekk, f’waħda minn kull 8 familji fil-pajjiż, is-sena li għaddiet, inxtrat vettura oħra.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li, matul l-2014, il-familji Maltin u Għawdxin kienu f’pożizzjoni finanzjarja li jixtru 3,537 karozza aktar, jew 23% aktar, mill-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti.

Dan it-titjib jikkuntrasta mad-diskors tal-kelliema tal-Oppożizzjoni li f’pajjiżna bħalissa hawn għafsa kbira fil-pagi u nuqqas qawwi fil-konsum privat. Il-fatt li l-familji Maltin u Għawdxin qed jixtru 23% aktar vetturi milli kienu xtraw fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti jikkuntradixxi wkoll mal-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li bħalissa s-sewwieqa f’pajjiżna qed isofru minn piżijiet esaġerati minħabba x-xiri tal-fuel.

Il-Gvern preżenti huwa kommess li jkompli jsostni l-politika tiegħu favur titjib fil-poter tal-akkwist tal-konsumaturi f’pajjiżna. Il-miżuri tal-Budget 2015 jaħsbu biex l-ekonomija ssir aktar dinamika u ġusta, liema sitwazzjoni tkompli tkun ta’ benefiċċju għall-familji Maltin u Għawdxin kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow