Left arrow Go Back

​IFFIRMATI B’MADWAR MILJUN EWRO PROĠETTI MA’ KUNSILLI LOKALI, NGOS U SMES

PR150088
Date Icon 19/01/2015

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg indirizza konferenza stampa fil-Berġa ta’ Aragona fejn matula ġew iffirmati b’madwar miljun ewro valur ta’ proġetti u inizjattivi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali taħt il-Programm LEADER. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dawn il-fondi mistennija li jiġu mwettqa 19-il proġett li ser jgħinu fl-iżvilupp tal-irħula li jinstabu f’territorju rurali ta’ pajjiżna.

Fost dawk li qed jibbenefikaw insibu 10 kunsilli lokali, u diversi NGOs, kif ukoll intrapriżi żgħar u medji li għandhom l-attività fir-reġjuni rurali f’Malta u Għawdex. Dawn is-sejħiet saru matul ix-xhur li għaddew, u qed jiġu mħaddma mill-Gruppi Azzjoni Lokali (GAL), u issa tlesta il-proċess sħiħ tal-għażla.

Dr Borg spjega kif permezz ta’ dawn il-proġetti, ser ikunu qed jiġu mwettqa diversi proġetti interventi f’oqsma varji li jinkludu minn attivitajiet soċjali u kulturali, interventi fiżiċi immirati sabiex itejbu l-infrastruttura fl-irħula rurali favur turiżmu sostenibbli, kif ukoll proġett ieħor strateġiku, li ser tmexxi l-Gozo Tourism Association, sabiex tirriklama lil Għawdex bħala destinazzjoni unika. Kien hemm ukoll intrapriżi żgħar u medji li ħadu għajnuniet sabiex ikunu jistgħu jippromwovu aħjar il-prodott tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbar ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed nagħtu l-għodda u l-gwida meħtieġa lit-tliet GAL - Xlokk, Majjistral u Għawdex - li għandhom irwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti sabiex fuq il-prinċipju tal-programm LEADER, jikkonsultaw mas-soċjetà kollha fit-territorji, u allura jħejju l-istrateġija ta’ x’azzjonijiet għandhom jittieħdu taħt il-programm finanzjarju l-ġdid. Il-fond tal-programm LEADER għas-snin 2014-2020 ser ikun ta’ madwar 7 Miljun Ewro; żieda ta’ 3 Miljun Ewro fuq il-perjodu preċedenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow