Left arrow Go Back

​ALLOKATI NOFS MILJUN EWRO MINN FONDI EWROPEJ GĦAR-RESTAWR TAS-SUR TAL-ISLA

PR150082mt
Date Icon 17/01/2015

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Ġnien tal-Gardjola , fl-Isla,  is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr Ian Borg ħabbar li x-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-sur tal-Isla u l-madwar se jibdew daqt. Dan ix-xogħol se jkun possibbli permezz ta’ allokazzjoni ta’ madwar €500,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex din il-ġawhra storika mad-dawra tal-Isla tkompli tikkumplimenta x-xogħol ta’ restawr li sar u li qed isir fuq il-fortifikazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Birgu.

Dr. Borg spjega li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet se jkunu qed jiġu kkonsolidati dawk il-partijiet tas-swar li kienu tħallew abbandunati.  Huwa qal li apparti t-tisbiħ tal-ħitan ta’ difiża, se jkun qed isir ukoll xogħol fuq il-Gardjola li fiha nnifisha hi attrazzjoni turistika li tagħti veduta grandjuża tal-Port il-Kbir. Borg kompla jispjega li r-restawrazzjoni fuq is-swar saru ta’ neċessita’ billi dawn qed jispikkaw iktar minħabba l-istat orribli li qegħdin fih specjalment issa li qed isir ħafna sforz għar-riġenerazzjoni għall-madwar tal-Port il-Kbir.

B’dan l-investiment, tenna jgħid s-Segretarju Parlamentari, il-Gvern qiegħed jikkonferma kemm għandu għal qalbu ż-żona tal-Kottonera.  Dr. Borg fakkar fil-proġett tal-Baċir Numru 1 inawgurat is-sena li għaddiet u spjega ukoll kif fiż-żmien li ġej l-istess żona ser tkun qed tibbenefika minn madwar €12-il miljun oħra investiti fil-proġett intenzjonat li jagħti ħajja ġdida lil Villa Bighi fil-Kalkara permezz ta’ Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza ġdid.

Waqt l-intervent tiegħu, is-Sindku tal-Isla faħħar l-interventi li ħa jkun qed iwettaq il-Gvern u qal li investimenti simili jikkonfermaw kemm il-Gvern qiegħed jisma t-talba tan-nies tal-Kottonera.  Huwa saħaq li dan l-investiment għandu jiġġenera aktar attività ekonomika mhux biss fil-viċinanzi iżda wkoll jistimola lis-settur kollu tat-turiżmu li tant huwa popolari f’dawn l-inħawi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow