Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TINDIRIZZA LILL-KONSLI ONORARJI TA’ MALTA WAQT L-ISKAMBJU TAL-AWGURI TAL-EWWEL TAS-SENA

pr150079
Date Icon 16/01/2015

Waqt l-iskambji tal-awguri tal-ewwel tas-sena mal-Konsli Onorarji ta’ Malta, fil-Palazz il-Belt, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca raddet ħajr lill-Konsli Onorarji f’isem il-poplu Malti u Għawdxi għall-ħidma sfiqa tagħhom. Fil-preżenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W.Vella, il-President esprimiet apprezzament għax-xogħol tal-Konsli Onorarji li jagħmlu kuntatt ma’ nies li jfittxu l-għajnuna tagħhom fin-nuqqas ta’ rappreżentanza ta’ pajjiżhom f’Malta.

Il-President irrimarkat fuq dak li qed jiġri fid-dinja, fosthom l-avvenimenti koroh f’Pariġi, u l-kunflitti tas-sena li għaddiet fosthom fis-Sirja, fil-Libja, fl-Ukrajna, u fil-Lvant Nofsani. Il-President irrimarkat kif minkejja li l-poplu Malti dejjem kien imdawwar b’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, il-poplu Malti dejjem ħabb u ppromwova l-paċi u l-istabbiltà. 

Il-President qalet li tqis lill-Konsli Onorarji Maltin bħala korp importanti ħafna għax jaghti viżibbiltà lil pajjiżna u ħeġġet lill-istess Konsli biex ikomplu jaħdmu b’risq il-poplu Malti u l-popli tad-dinja. 

Tkellem ukoll id-dekan tal-korp tal-konsolari Godwin Bencini li aċċenna għas-sitwazzjonijiet internazzjonali ta’ kunflitt u nuqqas ta’ stabbiltà fosthom fid-dinja Għarbija b’mod partikolari fis-Sirja. Is-Sur Bencini qal li qatt daqs dawn l-aħħar snin ma kien apprezzat iżjed l-irwol tal-Konslu Onorarju meta fin-nuqqas ta’ ambaxxati f’Malta, ir-responsabbiltà tal-ħarsien tal-interessi taċ-ċittadini rappreżentati taqa’ fuq il-Konsli Onorarji. Spjega kif id-doveri tal-Konsli Onorarji mhumiex biss dawk li jgħinu ċittadini f’sitwazzjoni ta’ periklu, iżda wkoll dik fil-promozzjoni tal-kummerċ u investiment flimkien ma’ organizazzjoni ta’ avvenimenti kulturali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow