Left arrow Go Back

TIBDA T-TIENI FAŻI TAL-PROĠETT TAL-GĦARGĦAR F’ĦAL LIJA

pr150075
Date Icon 16/01/2015

Wara li f’nofs Diċembru li għadda, tlestiet l-ewwel fażi ta’ xogħlijiet biex tinbidel is-sistema ta’ drenaġġ f’Ħal Lija, b’rabta mal-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar, għada filgħodu se jibda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-proġett.

Ix-xogħol f’dan l-istadju jinvolvi t-tħaffir ta’ trinek f’fond ta’ tliet metri taħt il-livell tat-triq, il-bdil tal-pajpijiet tad-drenaġġ li għandhom ħsarat kbar, ma’ pajpijiet ta’ dijametru akbar, kif ukoll it-tqegħid ta’ gradilji ġodda għall-ilma tax-xita.

Biex dan ix-xogħol, li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ikun jista’ jsir bl-inqas periklu espost għall-ħaddiema kif ukoll għas-sewwieqa, kif ukoll biex jitlesta fl-inqas żmien possibbli biex jitnaqqas l-inkonvenjent, il-ħaddiema se jibqgħu għaddejjin sa tard bil-lejl.

Għaldaqstant, għall-ġimgħat li ġejjin, il-pubbliku qed jiġi mgħarraf li se jkun hemm devjazzjonijiet tat-traffiku. Fuq il-post, twaħħlu tabelli apposta biex jiggwidaw lis-sewwieqa u se jkun hemm uffiċjali tal-infurzar biex jgħinu lis-sewwieqa.

Arranġamenti għat-traffiku:

It-traffiku li jkun ġej minn Triq Dun Karm Psaila (by-pass ta’ Birkirkara) u sejjer lejn il-Mosta, ma jdurx mar-roundabout iżda jgħaddi lejn in-naħa tal-lemin u jitla’ lejn il-Mosta minn Triq il-Kbira. It-traffiku li ġej mid-direzzjoni ta’ Birkirkara (Triq in-Naxxar) u Ħal Balzan (Triq il-Wied) u sejjer lejn il-Mosta, se jgħaddi min-naħa tax-xellug tar-roundabout lejn Triq il-Kbira.

It-traffiku li se joħroġ minn Triq it-Trasfigurazzjoni f’Ħal Lija u jrid imur lejn il-Belt Valletta, Birkirkara jew Ħal Balzan, se jiġi ddevjat lejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, u jdur ’l isfel lejn Triq il-Kbira u jibqa’ sejjer lejn Triq Dun Karm Psaila.

It-traffiku li nieżel mill-Mosta u min-Naxxar, ma jkunx jista’ jdur mar-roundabout lejn Birkirkara jew Ħal Balzan iżda jkun irid jipproċedi minn Triq Dun Karm Psaila u jdur mar-roundabout ta’ ħdejn Triq Ganu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow