Left arrow Go Back

ABLECARE OILFIELD SERVICES HOLDINGS LIMITED IDDIKJARATA BĦALA L-AQWA OFFERENT GĦALL-IŻVILUPP TA’ ĊENTRU MARITTIMU FUQ L-EKS SIT TAS-SHIPBUILDING.

pr150072
Date Icon 16/01/2015

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, irċieva l-konklużjonijiet tal-Kumitat maħtur biex jevalwa u jaġġudika l-process kompetittiv li mexxa l-Privatisation Unit tal-Gvern għall-iżvilupp ta’ Ċentru Marittimu minflok l-eks sit tas-shipbuilding fil-Marsa.

Il-kumitat irrakkomanda li Ablecare Oilfield Services Holdings Limited tkun iddikjarata bħala l-offerent favorit u l-Gvern jibda jinnegozja l-konċessjoni.

Il-proġett ser ikun iffukat fuq servizzi mogħtija lill-industrija tat-tiftix taz-zejt u gass fil-Mediterran.

Il-kumitat irrakkomanda li l-Gvern iżomm parti mis-sit għalih għal użu futur.

Il-Ministru Chris Cardona qal li bl-iżvilupp ta’ Ċentru Marittimu Internazzjonali bbażat fuq żejt u gass, f’ Malta ser isir l-ewwel ċentru Marittimu ta’ din ix-xorta fil-Mediterran. Saħaq li huwa fatt magħruf li Malta qiegħda fic-ċentru tal-attività li qed isseħħ fl-industrija taż-żejt u l-gass fil-Mediterran, u għaldaqstant ikun għaqli li bħala pajjiż nisfruttaw dan is-suq li qed jikber madwarna.

“Dan il-qasam joffri opportunitajiet ta’ livell għoli ta’ investiment li jwassal għal żvilupp u riġenerazzjoni tas-sit, kif ukoll li jipprovdi servizzi ta’ valur miżjud. Dan ikun qed jimxi id f’id mal-għan tal-Gvern li joħloq impjiegi ġodda ta’ kwalità u biex nkomplu ninvestu fl-iżvilupp tar-riżorsi umani li jibqgħu l-pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija” saħaq il-Ministru Chris Cardona.

Il-Gvern huwa kommess li permezz ta’ din il-konċessjoni u proġetti oħrajn, ikompli jimmassimizza l-potenzjal ekonomiku tal-eks sit ta’ Ship Building fil-Marsa- l-aħħar żona industrijali mal-baħar li fadal fil-pajjiż. Il-Ministru Chris Cardona temm jgħid li dan il-proġett ikompli jsostni l-istrateġija ekonomika ta’ dan il-Gvern, liema strateġija qed tħalli riżultati pożittivi, kif kien ikkonfermat fl-aħħar jiem mill-Aġenzija ta’ kreditu Internazzjonali Standard & Poor’s.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow