Left arrow Go Back

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA RIGWARD IL-MARDA TAS-SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ OLIVE QUICK DECLINE SYNDROME (OQDS)

pr150058
Date Icon 14/01/2015

Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq javża/iwissi lill-pubbliku rigward l-“olive quick decline syndrome” (OQDS). Din hija marda qerrieda li tfaċċat f’daqqa f’Ottubru tal-2013 fil-viċinanzi ta’ Gallipoli fil-provinċja ta’ Leċċe, eżattament fil-peninsula Salento f’Apuglia[1] fix-Xlokk tal-Italja. Din hija l-ewwel darba li l-preżenza ta’ din il-marda ġiet irreġistrata fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Din il-marda malajr splodiet f’epidemija u huwa stmat li affettwat madwar 74,000 ettaru f’dan ir-reġjun.

Ix-Xyella fastidiosa hija l-marda ewlenija tal-OQDS. Din hija marda batterika li hija trażmessa permezz ta’ insetti żgħar li jġħixu permezz tal-liqwidu tal-pjanta. Din il-marda għandha firxa wiesgħa ħafna ta’ siġar li jistgħu jiġu infettati fosthom uċuħ  ta’ raba’ ta’ importanża għall-ekonomija bħal tad-dwieli, taċ-ċitru, tal-frott tal-għadma, taż-żebbuġ, eċċ.  Ladarba din il-marda tistabbilixxi ruħha f’żona, ikun ferm diffiċli biex tiġi kkontrollata.

Hemm diversi sottospeċi ta’ Xylella fastidiosa li ġeneralment jinfettaw siġar differenti. Is-sintomi ta’ din il-marda jvarjaw ħafna u jimmanifestaw/jidhru bir-rimjiet tat-truf jitbielu u jinxfu b’tali mod li jkun hemm firxa mal-bqija tal-friegħi u għalhekk tirriżulta f’kollass u qerda totali tas-siġra hekk kif jidher fir-ritratti. Hemm indikazzjonijiet qawwija li din il-marda (OQDS) f’siġar taż-żebbuġ antiki hija marda kumplessa li tinvolvi tliet aġenti ewlenin fosthom insetti li jħaffru (insect borers), mard tal-fungus u Xylella fastidiosa.

Sa issa, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ma ltaqa’ mal-ebda sintomu relatat ma’ din il-marda tas-siġar taż-żebbuġ Olive Quick Decline Syndrome (OQDS).  Madankollu, dan id-Direttorat ħa jkun qed iwettaq spezzjonijiet ta’ monitoraġġ fuq is-siġar ikkonċernati, jiġifieri dawk taż-żebbuġ u siġar suxxettibbli oħra bħal Oleander, Prunus u Quercus peress li dawn huma ta’ importanża f’Malta.  Spezzjonijiet ħa jibdew isiru f’ġonna, żoni pubbliċi u oqsma/għelieqi miftuħa kif ukoll fuq xtieli għat-tħawwil kummerċjali b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ li jiġi mill-Italja. Sa issa fl-2014, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ssorvelja aktar minn erba’ ettari ta’ pjantazzjonijiet taż-żebbuġ.

Din il-marda ma tista’ tiġi kkontrollata bl-ebda pestiċida u jekk din tkun introdotta fil-ġżejjer Maltin bil-preżenża ta’ xi vetturi, din tinfirex b’mod rapidu minħabba ċ-ċokon tagħna.  L-uniku mod ta’ kif wieħed jista’ jikkontrolla din il-marda huwa billi jinqalgħu s-siġar, jinħarqu l-partijiet infettati u jiġu applikati pestiċidi fuq dawn il-vetturi.

Il-pubbliku huwa mistieden ukoll biex jinforma lil dan id-Direttorat b’kull tip ta’ sintomu hekk kif imsemmi f’din l-istqarrija u kif muri speċifikament fl-istampi 1, 2, 3, 4 u 5.  Dettalji ta’ kif wieħed jista’ jikkuntattja lil dan id-Direttorat jinsabu hawn taħt:

Ċentru għall-Bioteknoloġija tal-Pjanti

Tel: 00356 22927103      Fax: 00356 21414493

Freephone: 80072310

plant.health@gov.mt

www.planthealth.gov.mt

Ritratt a: Siġar taż-żebbuġ affetwata bil- Quick Decline Syndrome fil-provinċja ta’ Leċċe

Ritratt b: Siġra mejta taż-żebbuġ/Siġar taċ-ċitru ħielsa minn sintomi u ħielsa minn Xylella  fastidiosa       

Ritratt c:  Sintomi fuq siġra tal-Oleander

Ritratt d:  Sintomi fuq weraq ta’ siġar tal-lewż

Ritratt e:  Iktar sintomi ta’ Xylella fastidiosa

Ritratti a-d meħudin minn preżentazzjoni mogħtija minn delegati Taljani waqt Kumitat Permanenti fi Brussell fuq is-Saħħa tal-Pjanti li sar f’Novembru 2013.

Ritratt e meħud minn fuq http://www.eppo.int/QUARANTINE/special_topics/Xylella_fastidiosa/Xylella_fastidiosa.htm

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow