Left arrow Go Back

IŻ-ŻIEDA FIŻ-ŻJARAT LEJN GĦAWDEX MATUL L-2014 AKBAR MIŻ-ŻIEDA FIL-ĦAMES SNIN SĦAĦ TAL-GVERN PREĊEDENTI

pr150045
Date Icon 13/01/2015

Konferma oħra li l-attività ekonomika f’pajjiżna qed tirranka u anke l-affarijiet għall-gżira Għawdxija mexjin ‘il quddiem hija l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar kemm-il persuna u vettura qasmu bejn Malta u Għawdex matul l-2014.

Filwaqt li fil-ħames snin kollha tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm żieda ta’ 297,418 passiġġier li qasmu bejn Malta u Għawdex, matul l-2014 biss kien hemm żieda ta’ 247,936 passiġġier. Dan ifisser li t-tkabbir reġistrat fl-2014 kien kważi daqs it-tkabbir kollu li kien hemm fil-ħames snin ta’ Gvern preċedenti.

Is-sitwazzjoni hija anke aħjar meta tħares lejn in-numru ta’ vetturi li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer. F’ħames snin sħaħ kien hemm żieda ta’ 79,087 vettura, filwaqt li matul l-2014 kien hemm żieda ta’ 92,537 vettura. Dan ifisser li, matul sena waħda biss, iż-żieda ta’ vetturi lejn Għawdex kienet akbar minn dik reġistrata matul ħames snin sħaħ.

Filwaqt li matul l-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm tnaqqis kemm fin-numru ta’ passiġġiera kif ukoll ta’ vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex, fl-ewwel sena ta’ dan il-Gvern, l-2013, in-numru ta’ passiġġiera u vetturi żdied b’rata rekord – żieda ta’ 302,576 passiġġier u 94,170 vettura.

Dawn iċ-ċifri juru li fl-ewwel sentejn tal-amministrazzjoni preżenti, iż-żieda fil-passiġġiera u fil-vetturi li żaru lil Għawdex kienet kważi d-doppju ta’ dik reġistrata matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti. Huwa f’dan il-kuntest li wieħed jifhem għalfejn in-numru ta’ impjiegi f’Għawdex qed jiżdied b’rata tant qawwija, tant li f’sentejn it-tkabbir kien kważi d-doppju ta’ dak reġistrat tul l-amministrazzjoni preċedenti kollha.

Għal Għawdex il-bidla fl-amministrazzjoni fissret nifs ġdid wara snin ta’ staġnar. Il-Gvern se jibqa’ kommess li jaħdem bis-sħiħ biex ikompli jinħoloq xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin u tissaħħaħ il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ din il-gżira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow