Left arrow Go Back

PROĊESS TA’ REBRANDING TAR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr150042
Date Icon 12/01/2015

Ideoloġija differenti li tistabilixxi differenza mir-Residenza San Vinċenz de Paul għal residenzi oħra tal-anzjani

Il-Gvern għaddej bi proċess ta’ rebranding tar-Residenza San Vinċenz de Paul. Aktar milli rebranding viżwali, din ir-residenza ser tibda tindirizza l-bżonnijiet ta’ persuni ta’ dipendenza għolja b’enfasi fuq servizzi adattati u ta’ kwalità. Dan ir-rebranding ser iservi biex titneħħa l-perċezzjoni li r-Residenza San Vinċenz de Paul hija xi forma ta’ sptar akut maġġuri imma li hu faċilità ta’ kura fit-tul. Is-Segretarju Parlamentari semmiet li beda eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni u għalhekk huma biss il-persuni b’livell ta’ dipendenza għolja li ser jiġu ammessi f’San Vinċenz de Paul. Dan il-livell jiġi stabbilit minn tim multidixxiplinarju. Dan biex niżguraw li kull applikant jieħu s-servizz li għandu bżonn skont l-eżitu tal-assessment mediku li jsir.

Dan ir-Rebranding ser iservi biex jgħaddi l-messaġġ li din il-faċilità ta’ kura fit-tul għall-anzjani toffri wkoll inizjattivi sabiex l-anzjani jibqgħu attivi. Justyne Caruana qalet li r-residenza se tkun ukoll ċentru ta’ eċċellenza għat-taħriġ fuq il-kura tal-anzjani u somma ta’ 330,000 ewro minn fondi ewropej diġà ġiet iddedikata għal dan it-taħriġ. Persuni li jaħdmu fir-Residenza qegħdin jibbenefikaw minn korsijiet b’xejn fuq il-qasam tal-Informazzjoni Teknoloġika sabiex iħaddmu software li daħal fis-seħħ fir-residenza sabiex ir-residenti jieħdu kura iktar immedjata.

Is-Segretarju Parlamentari semmiet li r-residenza issa għandha taqsima tal-Customer Care u Quality Assurance sabiex jiġi żgurat l-aqwa servizz għall-anzjani residenti. Fost xogħol li jagħmel il-Quality Assurance Unit semmiet li jagħmel moniteraġġ tal-istat u l-preżentazzjoni tal-ikel fir-residenza. Hija qalet li fir-Residenza għaddej xogħol kontinwu sabiex il-faċilità ttejjeb il-kura tagħha mogħtija lill-anzjani. Semmiet fosthom is-sala li ser tinfetaħ fi ftit ġranet oħra wara rinovar u ristrutturar li sar biex jiżdiedu il-faċilitajiet fiha, żewg swali oħra li ser jinfteħu fi ftit xhur u l-proġett tal-kumpless Rużar Briffa bl-applikazzjoni tal-MEPA li diġà qed tiġi pproċessata. Fost proġetti oħra semmiet ukoll il-proġett tal-Medical Materials Management Unit, it-taqsima tal-Laundry u xogħol li għaddej biex ir-residenza kollha ssir dementia friendly.

Justyne Caruana semmiet ukoll servizzi ġodda fosthom is-servizz ta’ Porter u s-servizz ta’ Meet and Greet mal-familjari qabel anzjan jiddaħħal fir-residenza. Hija qalet li r-Residenza se tgawdi minn Branding u logos ġodda. Fuq dan is-Segretarju Parlamentari semmiet li l-branding se jintgħażel permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa għall-pubbliku, u li r-rebbieħ jintgħażel kemm permezz ta’ likes fuq Facebook kif ukoll minn bord tal-għażla. Il-kompetizzjoni miftuħa minn issa u wieħed jista’ jissottometti l-idea tiegħu fuq logocompetition-svp.mfss@gov.mt sad-19 ta’ Jannar.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li permezz tal-eżercizzju ta’ razzjonalizzar tat-talbiet għal servizzi residenzjali, il-waiting list naqset u dan ix-xahar il-każijiet kollha pendenti kategorizzati bħala urġenti mit-tim multidixxiplinarju, ġew indirizzati tant li ma għad fadal ebda każ urġenti pendenti. Spjegat li tifhem u tapprezza li kull talba hija importanti u urġenti għall-individwu kkonċernat, u għalhekk id-dipartiment qed jaħdem biex mhux biss jiżdiedu s-sodod iżda wkoll is-servizzi fil-komunità bħas-servizz tal-meals on wheels abbażi tat-tender ġdid li ser jigi aġġudikat dalwaqt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow