STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
pr150031
10/01/2015
In-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastici 2015/16 tal-iskejjel tal-istat huma bħalissa miftuħin għal dawk il-ġenituri jew kustodji li jixtiequ jieħdu sehem. In-nominazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħamis 15 ta' Jannar 2015.
Fit-tifsira ta' ġenituri u kustodji qed ninkludu wkoll lil dawk il-persuni, bħal nanniet, li jkunu jieħdu ħsieb attwali jew legali tan-neputijiet (tfal tat-tfal) tagħhom.
In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu sotomessi permezz tas-sit elettroniku: www.education.gov.mt
L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi se jsiru fit-23 ta' Jannar 2015.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046