STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA
Wara li, anke qabel raħas il-prezz internazzjonali taż-żejt, f’Malta l-petrol diġa raħas sitt darbiet u d-diesel diġa raħas erba’ darbiet f’inqas minn sentejn ta’ din il-leġislatura, il-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna se jkomplu jorħsu b’mod konsistenti kif ippjanat u irrispettivament mill-mozzjoni li se tressaq l-Oppożizzjoni.
Il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi u l-Prim Ministru Joseph Muscat diġa ħabbru li r-roħs u l-istabbilità fil-prezzijiet hija l-politika li se tkompli tiġi mwettqa mill-Gvern fiż-żmien li ġej.
Min qed jipprova jagħti lezzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija kien responsabbli minn żieda ta’ 20% fil-prezz tad-dawl, ilma u fuel fl-istess ħin li l-prezz internazzjonali taż-żejt kien naqas b’51%. Taħt l-istess amministrazzjonijiet preċedenti x-xiri taż-żejt kien il-kawża tal-ikbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna u li llum il-Kap tal-Oppożizzjoni jirreferi għalih bħala paraventu.
Il-Gvern iħares ‘il quddiem għal iktar diskussjoni dwar kif is-settur tal-enerġija ddawwar minn kontijiet għolja, Enemalta falluta u dipendenza totali fuq iż-żejt fil-leġislatura li għaddiet għal kontijiet orħos, Enemalta b’saħħitha u qalba għall-gass f’din il-leġislatura.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046