Left arrow Go Back

IS-SAĦĦA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL U INIZJATTIVI EDUKATTIVI FOST IL- PRIJORITAJIET TAL-WASTESERV GĦAS-SENA 2015 – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

PR143013
Date Icon 29/12/2014

“Is-Saħħa fuq il-post tax-xogħol u għadd ta’ inizjattivi edukattivi ser ikunu fost il- prijoritajiet tal-WasteServ Malta għas-sena 2015.” Dan ħabbru l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat dalgħodu meta kien qed iżur il-ħaddiema tal-WasteServ ġewwa l-impjant ta’ Sant’ Antnin ġewwa Wied il-Għajn biex iwassal lilhom u lill-membri tal-Management l-awguri f’dawn il-jiem ta’ festi kif ukoll biex iroddilhom ħajr għax- xogħol li għamlu matul is-sena li waslet biex tintemm. 

 Huwa kompla li fejn jidħol il-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol twaqqaf dipartiment fuq linji professjonali u nħatar Health and Safety Officer kwalifikat li għandu l-inkarigu li jkompli jibni d-dipartiment biex ikun attrezzat ħalli jilqa’ għall-perikli u d-diffikultajiet li joffri l-ambjent tal-impjanti. 

Il-Ministru qal li ġiet imfassla politika  ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol li se tiġi introdotta fil-jiem li ġejjin u diġà saru diversi evalwazzjonijiet tar-riskji (risk assessments) kemm fil-lantijiet tax-xogħol kif ukoll fuq il-proċessi tax-xogħol infushom.  Sar ukoll eżerċizzju dwar x’tip ta’ lbies protettiv għandu jingħata lill-ħaddiema skont in-natura tax-xogħol li jagħmlu. 

Huwa tenna li bħala enfasi fuq il-prevenzjoni nbeda proċess biex l-impjegati kollha tal-kumpanija jingħataw it-tilqim meħtieġ biex ikunu protetti minn mard li jista’ jittieħed fuq il-post tax-xogħol, xi ħaġa li bosta impjegati tħallew mingħajr dan is-servizz essenzjal għal snin sħaħ. 

Il-Ministru Brincat ħabbar ukoll li mistenni jitwaqqaf ċentru ta’ tagħlim u taħriġ biex mhux biss iservi biex jilħaq il-ħtiġijiet interni tal-kumpanija iżda wkoll sabiex b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħrajn Maltin u barranin joffri korsijiet speċjalizzati fl-oqsma tal-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart.

Il-Ministru Brincat temm jgħid li dan l-impenn għandu jimla l-ħaddiema nfushom b’tama u fiduċja qawwija għall-ġejjieni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow