Left arrow Go Back

NOVEMBRU BL-OGĦLA AMMONT TA’ TURISTI TA’ KULL ŻMIEN

pr143012
Date Icon 29/12/2014

Xahar ieħor sodisfaċenti għas-settur turistiku f’Malta meta skont ċifri mħabbra dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Novembru li għadda pajjiżna rreġistra l-ogħla ammont ta’ turisti li qatt żaruna f’dan ix-xahar partikolari.  F’Novembru li għadda qbiżna l-103,000 turist, li tfisser żieda ta’ aktar minn 3,000 turist (+3%) minn dak irreġistrat f’Novembru li għadda.

In-numru ta’ ljeli mqattgħin mit-turisti f’pajjiżna f’Novembru li għadda żdied għal kważi 779 elf lejl, li tfisser żieda ta’ kważi 4% fuq dak immarkat fl-istess xahar tas-sena 2013.  L-infiq ta’ dawn it-tursiti li waslu Malta f’dan ix-xahar partikolari kiber għal €80.4 miljuni, ċifra li timmarka żieda ta’ aktar minn 4% mill-ammont reġistrat f’Novembru tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis, filwaqt li jilqa’ b’sodisfazzjon dawn iċ-ċifri pożittivi, jinnota li għalkemm għadna ma spiċċajniex is-sena, iċ-ċifri tal-ammont ta’ wasliet, l-iljieli mqattgħin u l-infiq, diġà qabżu ċ-ċifri rreġistrati sal-aħħar tas-sena 2013.  Fi żmien għaxar snin, l-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna kiber b’aktar minn nofs (+52.7%).  Aktar minn hekk ta’ min jinnota li, filwaqt li fi tmien snin ta’ Gvern preċedenti (2004-2012), l-ammont ta’ turisti rreġistrati f’Novembru żdied b’29%, f’sena u nofs biss ta’ Gvern Laburista, l-ammont ta’ turisti f’Novembru diġà mmarka tkabbir ta’ 18% f’anqas minn sentejn.

Il-Ministru Zammit Lewis jaċċenna li t-tkabbir li qed nesperjenzaw tul din il-leġislatura, u b’mod partikolari f’dawn ix-xhur off peak, hu xhieda tal-ħidma tal-Gvern fis-settur turistiku li qed irodd lura b’mod pożittiv għall-aħħar u qed jiġi kkonfermat l-impenn tal-Gvern għal turiżmu li jkun sostenibbli tul is-sena kollha. 

Dan ifisser aktar stabbiltà fl-aktar pilastru importanti tal-ekonomija Maltija, li jkun ifisser wkoll kundizzjonijiet ta’ xogħol u opportunitajiet aħjar għall-eluf ta’ ħaddiema li b’mod dirett jew indirett għandhom l-impjieg tagħhom konness ma’ dan is-settur u aktar flus fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow