Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

PR143002
Date Icon 26/12/2014

F’jum il-Milied, il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna żar lill-ħaddiema tad-dwana stazzjonati fl-ajruport internazzjonali u li kienu skedati sabiex jaħdmu f'dak il-jum.

Il-Ministru Scicluna rringrazzja u rrikonoxxa lill-ħaddiema kollha, li filwaqt li f'dawn il-jiem ta' festi kulħadd ikun magħqud jiċċelebra mal-għeżież tiegħu, dawn il-ħaddiema, fost oħrajn, ikomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-poplu Malti. 

Il-Ministru Scicluna kien akkumpanjat fuq din iż-żjara mid-direttur inkarigat mill-Enforcement Unit fid-dwana, is-Sur Anthony Busuttil.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow