Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr143000
Date Icon 25/12/2014

F'jum il-Milied, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, żar lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu on duty illum.

Kemm fiċ-ċentru tal-Protezzjoni Ċivili f’Ħal-Far, kif ukoll fl-għassa ta’ San Ġiljan, fejn apparti l-pulizija li jaħdmu fl-għassa kien hemm membri tas-Sezzjoni tat-Traffiku u tar-Rapid Intervention Unit, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali rringrazzja lill-ħaddiema kollha tax-xogħol li qed jagħmlu f’dawn iż-żminijiet.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-Forzi Dixxiplinati jixirqilhom ringrazzjament talli fil-mumenti li kulħadd ikun qed jiċċelebra l-festi mal-għeżież tiegħu, huma jkunu qed jaqdu dmirjiethom sabiex il-Maltin u l-Għawdxin igawdu dawn il-festi mingħajr inċidenti.

Kemm il-Kap tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur John Rizzo, kif ukoll il-Kummisarju tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar, irringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni li wera sa issa f’dawn il-festi biex setgħu jiġu evitati l-inċidenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow