UFFIĊJALI FL-ENTITAJIET RESPONSABBLI MILL-IMMANIĠĠJAR TAL-FONDI EWROPEJ JAGĦTU D-DEMM
PR142994
23/12/2014
Impjegati mid-Diviżjoni tal-Fondi u l- Programmi u mid-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, illum marru jagħtu d-demm fiċ-Ċentru Nazzjonali tad- Demm bħala ġest ta’ karità f’ dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied.
Iż-żewġ taqsimiet jaħdmu bla qatigħ fuq numru ta’ fondi tal- Unjoni Ewropea u programmi oħra u l- għan tagħhom huwa li ma jintilfu l- ebda fondi li Malta takkwista.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u ż-żewġ taqsimiet jixtiequ l- Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba lil kulħadd.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046