Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

PR142983
Date Icon 20/12/2014

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Ambaxxata Libjana llum, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jixtieq jagħmel dawn l-osservazzjonijiet:

Kif diġà ddikjara drabi oħra, l-Gvern Malti qatt ma ndaħal u mhux beħsiebu jindaħal fl-affarijiet interni tal-Libja.

L-aġir tal-Gvern Malti fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja kif żvolġew fl-aħħar xhur u ġimgħat, huwa kompletament konformi u ggwidat mill-prinċipji u l-linja ta’ azzjoni kif irrakkomandati mill-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Ewropea dwar kif għandna naġixxu f’din is-sitwazzjoni delikata. Il-Gvern Malti ilu l-ġimghat u x-xhur jieħu sehem f’attentati serji biex jissaħħaħ id-djalogu fil-Libja u li jwassal għall-Gvern tranżitorju li jittama li jwassal għall-paċi bbażat fuq Kostituzzjoni li qiegħda tiġi miktuba. Il-Gvern Malti jibqa’ kommess li jara fil-futur poplu Libjan magħqud u jgawdi l-paċi u s-sliem. Il-Gvern Malti jiddikjara li dejjem qies lill-poplu Libjan bħala poplu wieħed u b’dispjaċir qed jara din il-firda f’dan il-poplu ġirien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow