Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TINAWGURA L-UFFIĊJU L-ĠDID TAL-KUMMISSJONI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU

pr142967mt
Date Icon 18/12/2014
Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2014, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca,inawgurat l-uffiċju l-ġdid tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li mill-Palazz, il-Belt, mexa għal Palazzo Spinola, Triq San Kristofru, il-Belt Valletta.  Hija ġiet milqugħa miċ-Chairman tal-Kummissjoni, is-Sur Louis P. Naudi, mis-Segretarju Eżekuttiv, is-Sinjura Christine Schembri, mill-membri u mill-istaff kollu tal-Kummissjoni.
Din l-okkażżjoni ġiet kommemorata bi kxif ta’ plakka mill-President, wara li ċ-Chairman tal-Kummissjoni,  għamel diskors tal-okkażjoni.  Il-President ippreżentat ukoll tifkira ta’ rikonoxxoment lis-Sinjorina Josephine Attard, uffiċjal pubbliku li ilha għal dawn l-aħħar 32 sena taħdem fl-Uffiċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Is-Sur Naudi,  ippreżenta lill-President donazzjoni ta’ flus miġbura mill-membri tal-Kummissjoni u mill-istaff b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow