Left arrow Go Back

MESSAĠĠ TAL-MINISTRU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI FIL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-MIGRAZZJONI

PR142961
Date Icon 18/12/2014

Il-Gvern jemmen li persuni li jaslu f’pajjiżna minn pajjiżi oħrajn, li jkunu qed jaħarbu biex isalvaw ħajjithom jew ħajjet l-għeżież tagħhom jew inkella jkunu qed jaħarbu minn persekuzzjoni, għandhom jingħataw l-għajnuna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha.

Pajjiżna wkoll, fejn jista’, għandu jagħti l-għajnuna neċessarja u jitratta lil dawn in-nies bir-rispett u d-dinjità li jixirqilhom. Il-Gvern jemmen li għandna ngħinu lill-immigranti, iżda fl-istess waqt nesiġu li kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea jirrispetta l-liġijiet u l-obbligi internazzjonali. Il-Gvern, fl-aħħar sena u nofs, ħadem bla waqfien sabiex jassigura li dan isir.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fil-Jum Internazzjonali tal-Migrazzjoni, biex jikkumenta fuq sezzjoni speċifika ta’ immigranti, jiġifieri dawk li jaslu minn pajjiżi terzi.

Il-Ministru Carmelo Abela jinsab sodisfatt li diġà għaddej b'taħditiet mal-NGOs biex issir kollaborazzjoni f’dan il-qasam. Issa l-pass li jmiss hu li ssir politika nazzjonali dwar l-immigrazzjoni li tiġbor b’mod ħolistiku l-ħidma f’diversi ministeri. F’din il-politika jrid ikun assigurat ukoll li pajjiżna jkun salvagwardjat f’kull aspett. Pajjiżna jrid jibqa’ kommess ukoll li t-tfal u l-familji tagħhom m’għandhomx jinżammu f’detenzjoni.

Mill-aħħar erba’ snin, din is-sena kellna l-anqas influss ta’ immigranti f’pajjiżna, filwaqt li fl-istess waqt din hi l-aktar sena li kienu rrilokati immigranti f’pajjiżi oħrajn minn pajjiżna. Dan kollu seta’ jsir permezz tal-ħidma u l-isforz tal-Gvern.

Ringrazzjament speċjali jmur għall-membri tal-Forzi Armati u l-persuni kollha li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u ċ-ċentri miftuħa li jassistu lill-immigranti.

Number of migrants arriving through irregular boat crossings (as at 17/12/2014):

 Year

2011

2012

2013

2014

No. of arrivals

1579

1890

2008

568

Number of beneficiaries of protection resettled/relocated to other (developed) countries (as at 17/12/2014):

 Year

2011

2012

2013

2014

No. of arrivals

1579

1890

2008

568

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow