Left arrow Go Back

M' GĦANDUX IKUN HEMM XKIEL GĦALL-INVESTIMENT TA' €300 BILJUN

pr142951
Date Icon 16/12/2014

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech jemmen li l-pjan ta' investiment ta' €300 biljun imħabbar mill-President Jean-Claude Juncker, għandu jibda jitħaddem bla dewmien u mingħajr ma jkun hemm ħafna prekundizzjonijiet marbuta miegħu.  Huwa sostna wkoll li dan il-pjan għandu jikkumplimenta  l-programmi ta’ koeżjoni u mhux jieħu posthom.

Louis Grech esprima din il-fehma waqt il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali  tal-Unjoni Ewropea li sar fi Brussel fis-16 ta' Diċembru fejn iddiskutew l-abbozz tal-Konklużjonijiet għall-Kunsill Ewropew li se ssir aktar tard din il-ġimgħa,  fejn se jattendi l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Waqt li għaraf li l-pjan ta' investiment jista' jimxi id f'id mar-riformi strutturali u ma' konsolidazzjoni fiskali li tħajjar it-tkabbir ekonomiku, id-Deputat Prim Ministru qal li dawn tal-aħħar m'għandhomx ikunu kundizzjonijiet minn qabel biex l-Istati Membri jibbenefikaw mill-pjan.

Louis Grech żied jgħid li Malta, bħall-Istati Membri l-oħra, tappoġġja l-pjan iżda trid tkun taf iżjed dwar aspetti differenti ta' kif se jitħaddem, bħal ngħidu aħna l-kontribuzzjoni li jagħtu l-istati membri, xi rwol ikollhom fil-management tal-pjan, u aspetti oħra ta' governanza.

Punt ieħor li qam jirrelata mar-rakkomandazzjonijiet li japplikaw għall-pajjiżi speċifiċi (CSRs) kull sena, fejn Louis Grech sostna li dawn m’għandhomx ikunu preskrittivi żżejjed u għandu jkun hemm djalogu ġenwin mal-Istati Membri biex il-Kummissjoni tikkunsidra l-kundizzjonijiet partikulari ta’ dak il-pajjiż qabel jittieħdu deċiżjonijiet finali.  Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid li l-proċess m’għandux ikun wieħed dogmatiku.

Il-Ministri tkellmu wkoll dwar aktar kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fit-tfassil tal-Programm Annwali tal-Kummissjoni.  Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru saħaq li t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-investiment, kif ukoll l-immigrazzjoni, għandhom jibqgħu prijoritajiet komuni tal-Unjoni.  Huwa għamel proposta li għandu jkun hemm żewġ seduti fis-sena, waħda li tagħmel rendikont tax-xogħol li jkun twettaq, u l-oħra li tħares ‘il quddiem u tidentifika l-prijoritajiet ewlenin tal-Kunsill biex dawn  jiffurmaw parti integrali mill-Programm ta’ Xogħol tal-Kummissjoni.

Il-Ministri adottaw il-Konkluzjonijiet annwali dwar il-proċess tal-enlargement fejn esprimew ukoll tħassib fuq l-inċidenti riċenti fit-Turkija iżda fl-istess ħin qablu li l-bibien għandhom jibqgħu miftuħa għal djalogu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow