Left arrow Go Back

​STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr142949
Date Icon 16/12/2014

L-Oppożizzjoni talbet lill-Gvern biex, fid-dawl tal-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jkun imsiefer, jipposponi d-dibattitu parlamentari ppjanat għal għada b’rabta mal-ftehim ta’ investiment strateġiku mas-Shanghai Electric Power.

Kien il-Gvern li l-Ġimgħa li għadda, malli ġie ffirmat, ippubblika l-ftehim u ppropona dibattitu dwaru fil-Parlament għall-Erbgħa 17 ta’ Diċembru, 2014. 

Waqt li jemmen li dan l-akbar investiment barrani li qatt ra pajjiżna huwa ta’ natura importanti ħafna li għandu jiġi diskuss fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Gvern aċċetta t-talba tal-Oppożizzjoni biex dan id-dibattitu ma jsirx għada u minflok isir f’ġurnata li tkun konvenjenti għall-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dan il-ftehim se jkun qed isalva lill-Enemalta mis-sitwazzjoni prekarja li kienet tħalliet fiha filwaqt li jpoġġi l-qasam tal-enerġija fuq sisien sodi u joħloq opportunitajiet ġodda għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Għalhekk, il-Gvern jemmen li l-Parlament għandu jkollu dan l-investiment strateġiku quddiemu għad-diskussjoni fl-iqsar żmien possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow