Left arrow Go Back

STQARRIJA TAN-NATIONAL AUDIT OFFICE

pr142936
Date Icon 15/12/2014

Sezzjoni tal-‘media’ qed tirrapporta li Dr Louis Galea, Membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), dalgħodu qal li “hemm każ fejn il-Gvern Malti ntalab jagħti lura fondi Ewropej wara li sar awditjar tan-nefqa mill-QEA” u li “bħalissa għaddejjin proċeduri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti biex fondi li kienet ħadet Malta jingħataw lura lill-Unjoni Ewropea.”

Dr Louis Galea jrid jiċċara li hu ma għandux informazzjoni dwar xi każ partikolari fejn il-Gvern Malti ntalab jagħti fondi Ewropej lura, imma kien qed jispjega b’mod ġenerali l-konsegwenzi ta’ nfiq ta’ fondi li jsir b’mod irregolari.

Dr Galea, meta kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ ġurnalist, qal li mill-awditjar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li laqtu lil Malta rriżulta li f’każ partikolari l-awdituri identifikaw xi nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ kontroll li wasslu lil-Qorti sabiex tikklassifika s-sistemi mħaddma minn aġenzija tal-pagament ikkonċernata bħala biss ‘parzjalment effettivi’. (Ara r-Rapport Annwali tal-QEA għas-Sena 2013, kapitlu 4 li jkopri l-infiq konness mal-iżvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa). F’dan il-kuntest, il-Qorti tirreferi l-osservazzjonijiet tagħha kemm lill-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll lill-Kummissjoni bil-għan li jittiehdu l-passi meħtiega sabiex is-sistemi ta’ kontroll jissaħħu.

Meta Dr Galea rrifera għal radd lura ta’ fondi Ewropej kien qed jispjega s-sistema ta’ ‘financial corrections’ li tħaddem il-Kummissjoni Ewropea f’każ li f’xi pajjiż Membru jitħallsu fondi Ewropej li ma jkunux intefqu skont ir-regola u l-proċeduri. Din il-proċedura hi soġġetta għal negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru u hi normalment segwita mill-Kummissjoni u mhux mill-Qorti tal-Awdituri."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow