TITTELLA’ L-EWWEL EDIZZJONI TA’ #MALTEEN
Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, attenda għal #Malteen, attività għall-addolexxenti li saret fiċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Waqt l-indirizz tiegħu fil-ftuħ uffiċjali, is-Segretarju Parlamentari faħħar din l-inizzjattiva li qed tittieħed minn etitajiet diversi li qed jaħdmu flimkien għal għan wieħed. Huwa saħaq fuq l-importanza li kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed u jingħaqad flimkien fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet simili sabiex ma jintilfux riżorsi.
#Malteen, li kien immirat għal żgħażagħ bejn it-13 u s-17-il sena, għen lil dawk kollha li pparteċipaw sabiex jesprimu l-kreattività tagħhom, filwaqt li jesperimentaw b’mezzi ġodda. L-attivitajiet varjaw minn produzzjonijiet teatrali, sessjonijiet ta’ kitba kreattiva, board games umani, kunċerti, żfin, iffilmjar u sfidi oħra, fosthom kamping.
#Malteen kien organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, l-Aġenzija Żgħażagħ u ċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046