STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Koperazzjoni strateġika dwar il-qasam tal-enerġija mal-Azerbaijan
Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, u l-Ministru tal-Enerġija tal-Azerbaijan, Natiq Aliyev, iffirmaw Memorandum of Understanding dwar koperazzjoni strateġika fil-qasam tal-enerġija.
Dan il-ftehim jittratta kollaborazzjoni fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, il-kummerċ u distribuzzjoni ta' Petroleum, trading ta' energy commodities fil-Meditteran, possibiltajiet ta' infrastruttura ġdida, u servizzi innovattivi tal-LNG fost l-oħrajn.
Dan il-ftehim se jwassal biex pajjiżna jikkopera ma' wieħed mill-ikbar ċentri tal-enerġija biex inkomplu niżvilupaw is-sisien għal hub reġjonali tal-enerġija f'pajjiżna.
Ġie ffirmat ukoll MOU dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim mal-kumpanija tal-Enerġija tal-Azerbaijan, Socar. L-implimentazzjoni se ssir minn Socar flimkien ma' project teams Maltin tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa skont il-proġetti speċifiċi u konkreti li se jsiru bejn iż-żewġ naħat.
Il-ftehim kien presedut mill-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, u l-Prim Ministru tal-Azerbaijan, Artur Rasi-zade.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046