SEMINAR ORGANIZZAT MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA FLIMKIEN MAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, IT-TNEJN, 15 TA’ DIĊEMBRU, 2014
L-awdituri tas-settur pubbliku dalgħodu attendew Seminar dwar żviluppi u inizjattivi fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) in konnessjoni mal-awditjar tal-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jagħmel xogħol ta’ awditjar fuq fondi mill-baġit Ewropew li jintefqu f’Malta.
Is-Seminar ġie organizzat flimkien bejn il-ECA u l-NAO. Fis-Seminar ħadu sehem l-awdituri u l-uffiċjali tal-NAO u dawk tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni u tal-Awditjar Intern (IAID) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Is-Seminar kien indirizzat mill-Awditur Ġenerali, Anthony C. Mifsud, Dr Louis Galea, Membru tal-ECA, Jacques Sciberras, Team Leader fil-ECA, u Brian Vella, Assistent Awditur Ġenerali.
L-Awditur Ġenerali Anthony C. Mifsud qal li l-iskop prinċipali tas-Seminar huwa biex il-ECA jkollha l-opportunità li tippreżenta l-punti l-aktar importanti mir-Rapport Annwali u rapporti speċjali oħra fl-Istati Membri.
Dr Galea għamel preżentazzjoni tar-Rapport Annwali tal-ECA dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2013. Huwa spjega kif fix-xogħol tagħha l-Qorti sabet żbalji fi ħlasijiet mill-baġit Ewropew li ma sarux skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Louis Galea tkellem dwar l-importanza tal-kontabilità’ permezz ta’ awditjar b’saħħtu u rilevanti. “L-iskopijiet tal-Unjoni Ewropea ma jintlaħqux biss bis-saħħa ta’ fondi Ewropew imma wkoll permezz ta’ fondi nazzjonali investiti f’ċerti strumenti ta' politika u attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fid-diversi Pajjiżi Membri. Eżempji ta’ dawn l-oqsma huma: l-istrateġija Ewropa 2020; aspetti differenti ta' kordinazzjoni ekonomika taħt is-Semestru Ewropew; żviluppi ġodda relatati mas-Superviżjoni Bankarja bħall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).”
Louis Galea qal li l-ECA tfittex modi ta' kif tappoġġja l-iskrutinju parlamentari f’dawn l-oqsma permezz ta' koperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fl-Istati Membri. Dr Galea sostna li l-ECA tissorvelja r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali mhux biss biex tfittex li dawn jimplimentaw il-baġit b'konformità akbar mar-regoli, iżda wkoll li jwasslu valur miżjud liċ-ċittadini. L-iskop tal-iskrutinju tal-Parlament Nazzjonali u tal-NAO hu li jħalli effett profond fuq il-prestazzjoni (performance) u l-kontroll tal-entitajiet u s-sistemi kollha involuti fil-ġestjoni tal-infiq tal-UE f'Malta.
Is-Sur Jacques Sciberras tkellem dwar żewġ rapporti innovattivi tal-ECA li jagħmlu analiżi panoramika ta’ żewġ temi importanti: 1) analiżi tal-arranġamenti tal-Unjoni Ewropea għal kontabilità, skrutinju parlamentari u awditjar pubbliku ; u 2) analiżi tar riskji għall ġestjoni finanzjarja tal baġit tal Unjoni Ewropea.
L-ewwel analiżi tidentifika oqsma importanti fil livell tal Unjoni Ewropea fejn l-iskrutinju demokratiku jiffaċċja sfidi importanti. Is-Sur Sciberras irrefera, fost oħrajn, għas-sistema frammentata ta’ skrutinju parlamentari u awditjar pubbliku ta’ azzjonijiet ikkordinati bejn l Unjoni Ewropea u l Istati Membri bbażati l-aktar fuq ftehimijiet intergovernattivi. Huwa tkellem dwar l-isfidi għas simplifikazzjoni tal proċessi ta’ governanza, tal obbligu ta’ rendikont u tal awditjar imwettqa fil livell tal Membri Stati – kemm għad dħul, u partikolarment għall infiq taħt il ġestjoni kondiviża. Il kontrolli fil livell primarju ta’ diversi Membri Stati għadhom dgħajfa u ma jirnexxilhomx jidentifikaw u ma jikkoreġux żbalji.
Din l-analiżi panoramika tikkonkludi li jeħtieġ kollaborazzjoni bejn il-Parlamenti kollha għal skrutinju parlamentari u awditu pubbliku aktar ikkonsolidat; aktar konsistenza fir-regoli; sistemi ta’ ġestjoni u kontroll aħjar fir rigward tal attivitajiet u l fondi tal UE; aktar emfasi fuq il kejl tal impatt u r riżultati tal politika tal Unjoni Ewropea; u tnaqqis ta’ duplikazzjonijiet fil-kontrolli u fl awditjar permezz ta’ koperazz¬joni bejn l-awdituri u l-Parlamenti għal dan l-iskop.
It tieni analiżi panoramika teżamina r riskji għall ġestjoni finanzjarja tal baġit tal UE. Ir riskji għal ġestjoni finanzjarja tajba tal baġit tal Unjoni Ewropea jistgħu jiġu sew minħabba nuqqas ta’ ħarsien tal-liġi kif ukoll min-nuqqas ta’ żamma korretta tal-kontijiet pubbliċi. Riskji oħra jistgħu jkunu li l-fondi ma jintefqux bil għaqal (ekonomija, effiċjenza u effettività) u jistgħu ma jżidux valur fuq livell tal-Unjoni Ewropea.
Brian Vella, fil-preżentazzjoni tiegħu, tkellem fuq il-koperazzjoni li teżisti bejn l-istituzzjonijiet ta’ awditjar pubbliku fl-Unjoni Ewropea u l-ECA, kif ukoll dwar il-koperazzjoni bejn l-NAO u dawn l-istituzzjonijiet.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046