Left arrow Go Back

​IL-PRESIDENT TA’ MALTA TAGĦTI BIDU GĦALL-MIXJA TA’ SOLIDARJETÀ F’GĦAWDEX B’RISQ L-ISTRINA 2014

PR142927
Date Icon 14/12/2014

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca tat bidu għall-ewwel fun run ta’ solidarjetà b’risq l-Istrina 2014. Din il-fun run ġiet organizzata mill-voluntiera tal-Malta Community Chest Fund ġewwa Għawdex b’koordinazzjoni mar-rappreżentanta Għawdxija tal-MCCF, id-Dottoressa Lisa Brooke.

Il-mixja bdiet mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u baqgħet sejra sas-Santwarju Ta’ Pinu u lura u għaliha attendew madwar 250 ruħ.

F’diskors li għamlet qabel ma tat bidu għal din il-mixja, Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lil dawk kollha li kienu vitali biex tiġi organizzata din il-mixja u rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li attendew għaliex bil-preżenza tagħhom qegħdin ikunu ta’ għajnuna kbira; għajnuna li tiswa mitqlu deheb.

Hija qalet li bħalissa għaddejjin minn sitwazzjonijiet fejn il-Malta Community Chest Fund qed toħroġ mal-mitejn elf ewro kull erba’ ġimgħat fuq kimoterapija speċjalizzata u fuq mediċini għall-kura ta’ mard kroniku ieħor. Il-President tenniet li madanakollu m’hemmx għalfejn li naqtgħu qalbna, għax bħala poplu dejjem urejna kemm ningħaqdu flimkien meta jkun hemm bżonn li nkunu solidarji ma’ dawk ħutna Maltin u Għawdxin li jkollhom bżonn tal-għajnuna.

Il-President qalet li tinsab konvinta, li f’dawn l-erbat ijiem li fadal għall-Istrina, bl-attivitajiet li qegħdin jittellgħu, ser inkunu f’pożizzjoni biex fl-elfejn u ħmistax ikollna fondi biżżejjed sabiex ngħinu lil dawk ħutna Maltin u Għawdxin li jistgħu jiġu fil-bżonn. Il-President ta’ Malta wriet ix-xewqa biex għas-sena d-dieħla tiġi organizzata il-Fun Run u Fun Walk f’Għawdex bit-tir li jitilgħu anke l-Maltin biex jipparteċipaw bħal kif l-Għawdxin jinżlu Malta bi ħġarhom għall-attivitajiet li jiġu organizzati f’Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow