Left arrow Go Back

JIĠI FFIRMAT L-IKBAR INVESTIMENT BARRANI LI QATT RAT MALTA

PR142912
Date Icon 12/12/2014

Permezz tal-iffirmar tal-ikbar investiment barrani li qatt ġie fil-pajjiż, illum il-qasam tal-enerġija tpoġġa fuq sisien sodi u minbarra li se jissaħħaħ ix-xogħol f’dan il-qasam, se jinħolqu opportunitajiet ġodda u se tissaħħaħ l-ekonomija, Malta se tkun qed tissoda r-rabtiet tagħha mad-dinja globalizzata. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat illum fil-Berġa ta’ Kastilja fejn ippresieda l-iffirmar ta’ investiment strateġiku fl-Enemalta bejn il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi u x-Shanghai Electric Power. 

Fi żmien relattivament qasir, problema inbidlet f’opportunità u sistema li kienet magħluqa issa se ssir waħda li tħares lejn id-dinja. Fejn qabel Malta kienet riċevitur tal-enerġija issa se tkun qed tagħti s-servizzi lill-kumplament tar-reġjun.

Il-Prim Ministru rringrazzja liż-żewġ partijiet tal-ħidma bla waqfien sabiex tingħalaq l-ewwel parti fir-riforma tal-enerġija. Irringrazzja wkoll lill-ħaddiema tal-Enemalta għall-ħidma tagħhom, li kienet l-ewwel parti minn proċess li mhux biss salva l-impiegi iżda se jkun qed jgħin biex jinħolqu iktar opportunitajiet fil-ġejjieni.

Ikkonkluda billi qal li trid tkompli l-ħidma mal-imsieħba soċjali sabiex jitwettqu l-bidliet meħtieġa. Il-pass tal-lum se jservi ta’ strument għal Malta sabiex tkun iktar imħejjija għall-isfidi tal-ġejjieni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow