RISPONS INKORAĠĠANTI MINN STUDENTI UNIVERSITARJI GĦAR-ROĦS FUQ BILJETTI TAT-TRASPORT PUBBLIKU FUQ INIZJATTIVA TAL-MALTA PUBLIC TRANSPORT U L-KSU
Ir-rispons li qed juru studenti Universitarji biex jibbenefikaw minn roħs ta’ 50% fix-xiri ta’ biljetti tat-trasport pubbliku huwa wieħed inkoraġġanti.
Fil-jiem li għaddew, il-Kunsill Studenti Universitarji ħabbar numru ta’ inizjattivi biex ikun imħeġġeġ aktar l-użu tat-trasport pubbliku minn u lejn l-Università, il-kunċett ta’ car pooling, kif ukoll miżuri li jinċentivaw trasport alternattiv, bħall-użu tar-roti minflok il-karozzi privati.
Il-kumpanija mmexxija mill-Gvern biex topera s-servizz tranżitorju tat-trasport pubbliku, il-Malta Public Transport ippreżentat €10,000 lill-KSU biex l-istudenti universitarji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn roħs ta’ 50% meta jixtru biljetti tat-trasport pubbliku ta’ 90 ġurnata. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-istudenti se jħallsu prezz minimu ta’ 33 ċenteżmu.
F’temp ta’ tlett ijiem, diġà kien hemm mal-150 applikazzjoni u dan huwa inkoraġġanti għax ifisser li l-istudenti qed jifhmu li t-trasport pubbliku għandu jiġi mħeġġeġ aktar biex jonqsu l-vetturi fit-triq u b’hekk, tonqos il-konġestjoni ta’ traffiku fit-toroq tagħna.
Fil-ġranet li għaddew, il-Ministru Joe Mizzi kellu laqgħa mal-membri tal-KSU, fejn spjegawlu x’inizjattivi se jkunu qegħdin jieħdu biex titnaqqas il-problema ta’ traffiku fuq il-kampus tal-Università.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046