Left arrow Go Back

TITNIEDA L-MARKA TA’ KWALITÀ GĦALL-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI

PR142901
Date Icon 11/12/2014

Wegħda oħra mwettqa mill-programm elettorali tal-Gvern, li se tippremja l-prodotti ġenwini Maltin. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes illum nieda l-iskema tal-Marka ta’ Kwalità għall-prodotti agrikoli lokali. 

Din il-Marka ta’ Kwalità – li se tkun qed titpoġġa fuq prodotti li jilħqu ċertu livell – se tkun garanzija li l-prodott li qed jinxtara mhux biss jilħaq l-istandards minimi Ewropej, iżda fih ukoll ċertu kwalitajiet li jmorru lil hinn fil-mod kif ġie kkultivat/mrobbi, mwassal u ppakjat, bil-garanziji ta’ proċess awditjat u ċertifikat f’mod indipendenti.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif din mhux se tkun sempliċiment tikketta li titwaħħal ma’ kwalunkwe prodott, iżda sservi wkoll ta’ protezzjoni għall-prodotti u produtturi ġenwini. 

Roderick Galdes irrimarka kif b’din l-iskema, mill-għalqa sal-mejda il-prodott se jkun traċċabli u l-proċess trasparenti. Hu qal li kien ilu jinħass il-bżonn biex bħal pajjiżi oħra, Malta jkollha sistema u prodotti lokali li jaqgħu taħt il-qafas magħruf u sostnut mill-Unjoni Ewropea. Din hi wegħda oħra mwettqa mill-programm elettorali tal-Gvern.

Hu spjega li diġa tnieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-istandards ta’ kwalità ma’ diversi raħħala u bdiewa f’diversi setturi, b’mod partikolari l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, tadam tal-ipproċessar, laħam tal-fenek, għasel, laħam tal-majjal, ħalib u prodotti tal-ħalib tal-baqar, ħalib u prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ u mogħoż, frott u ħaxix frisk, u bajd u laħam tat-tiġieġ. Madankollu din il-lista mhux esklussiva u għaldaqstant aktar setturi u prodotti jistgħu jiġu nklużi fil-futur. 

Il-logo intgħażel wara kompetizzjoni b’madwar 100 sottomissjoni minn tim ta’ tlett esperti fil-qasam tal-marketing u komunikazzjoni li b’mod indipendenti għażlu r-rebbieħ. Eventwalment il-logo magħżul ġie emendat skont ir-rakkomandazjonijiet tal-esperti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow